Għawm
Federica Pellegrini tħabbar li għandha l-coronavirus

L-għawwiema Taljana Federica Pellegrini ħabbret li għandha l-coronavirus. F’diversi stejjer li poġġiet fuq Instagram Pellegrini qalet li waqt li kienet qed titħarreġ kellha tieqaf għax bdiet tħoss ħafna uġiegħ u aktar tard bdew anker juġgħuha griżmejha. Spjegat kif għamlet it-test tal-Covid-19 u sfortunatament dan irriżulta fil-pożittiv. Iċ-champion olimpika fil-200 metru freestyle waqt l-Olimpjadi ta’ Beijing fl-2008 qalet li nhar it-Tnejn li ġej suppost kellha tmur Budapest sabiex ittellaq, imma minflok issa ser tqatta’ għaxart ijiem id-dar kwarantina.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA