Motorsport
Fernando Alonso se jerġa’ jipprova jirbaħ l-Indianapolis 500

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu.

Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir it-tieni sewwieq biss fl-istorja li jkun ‘Triple Crown winner’ fil-Motorsport internazzjonali. Fil-pasat kien irnexxielu jagħmel dan biss il-Brittaniku Graham Hill.

Dan jista’ jkun l-aħħar tentattiv ta’ Alonso biex jirbaħ it-‘Triple Crown’ pero’ mhux se tkun faċli hekk kif permezz tal-karozza Arrow Mc Larens SP u se jibda mit-26 post minn 33 parteċipant.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.