Formula 1
Fernando Alonso ser jirtira mill-Formula 1

Huma l-aħħar erba’ Grand Prix għas-sewwieq tar-Renault Fernando Alonso li ser jirtira mill-Formula 1 fi tmiem l-istaġun. L-aħbar ħarġet mit-tim tar-Renault, fejn qalu li għalkemm huwa ta’ dispjaċir għalihom li Alonso ser jirtira, biss din hija xi ħaġa normali f’dan l-isport li dejjem jiġġedded. Skont Bob Bell, wieħed mill-uffiċjali tat-tim Renault, l-akbar dispjaċir hu li Alonso rebaħ biss żewġ titli fil-karriera tiegħu, meta seta’ anke rebaħ erbgħa jew ħamsa.

L-Awstraljan Daniel Ricciardo diġa’ huwa lest għal mar-Renault fl-istaġun li ġej, u l-istess tim xtaqu li jieħdu wkoll lil Carlos Sainz, li iżda se jieħu post l-istess Ricciardo fit-tim Red Bull flimkien ma’ Max Verstappen.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

“Meta tiġi iftħilha l-bieb,” jgħid il-qawl Malti u t-tim tal-Williams żgur li diġa’ qegħdin iħossu pressjoni kbira meta l-istaġun tal-Formula 1 fadallu inqas minn xahar sabiex jibda. Wara sena diżastruża…

Formula 1

It-tim il-ġdid tal-Formula 1,  Racing Point, ilbieraħ nedew il-karozza l-ġdida għall-istaġun 2019 li ser jibda ftit tal-ġimgħat oħra. It-tim, li sal-istaġun li għadda kien jismu Force India, qegħdin jippruvaw jibdew…

Formula 1

  Formula 1: It-team ibbażat fl-Italja t-Toro Rosso sar it-tieni team din is-sena li nieda l-karozza l-ġdida għas-sena 2019. Dan it-team ippreżenta l-karozza l-ġdida STR14 hekk kif il-kampjonat tal-Formula 1…

Formula 1

Fid-dar tal-irkant Artcurial ta’ Pariġi fi Franza, karozza tal-lego ġabet is-somma ta’ €95,300. Din il-karozza mibnija mir-Renault u l-Formula 1 fiha 313,000 bricks tal-lego mdawra ma’ struttura tal-ħadid. Il-karozza tal-lego…

Aktar