F’Għawdex: Protest fuq allegat technical error ieħor

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Fl-MFA idaħħal protest ieħor relatat ma’ allegat każ ta’ technical error fil-logħba mill-BOV GFA Cup 2015 bejn Oratory Youths F.C. u Ghajnsielem F.C. li intlgħabet fil-Kercem Stadium.

Kif jidher f’dan il-filmat, il-plejer ta’ Ghajnsielem F.C. li skorja l-goal tat-2-1 kien jinsab fil-kaxxa l-kbira waqt li l-goalkeeper ixxuttja l-ballun minn goal kick. B’dan il-goal Għajnsielem rebħu l-logħba. Ir-Rabtin tal-Oratorju qed isostnu li l-goal ma kellux jiġi kkonvalidat mir-referee Ismael Barbara.

Fill-protest tagħhom Oratory qed jħidu li r-regoli jgħidu ċar li l-plejers avversarji jridu jkunu kollha barra l-kaxxa meta jingħata goal kick u li ħadd minnhom ma jista’ jidhol fil-kaxxa qabel mall-ballun jigi ‘in play’. Skond Oratory il-goalkick kellu jerġa’ jingħata u l-goal kellu jiġi mħassar. Huma qed jitolbu li l-logħba terġa’ tintlgħab.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.