Futbol lokali
Fgura Superjuri għal Żebbuġ fil-BOV Challenge League

Fgura UTD …… 3

Żebbuġ R……….0

Fgura kienu għalkollox superjuri u meritatament għelbu lil Żebbuġ Rangers biex kisbu l-ewwel punti u l-ewwel rebħa tal-istaġun. Għal Żebbuġ wirja oħra fqira u t-tieni telfa konsekuttiva f’dan il-bidu diffiċli għalihom f’dan l-istaġun.

Man-nofs siegħa Fgura fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ korner, id-difiża ta’ Żebbuġ ma rnexxilhiex ittajjar il-ballun u Gandini b’xutt fil-baxx sab ix-xibka. Żebbuġ wieġbu b’azzjoni ta’ Yanis Tonna li kellu first timer sabiħ imur ftit għoli.

Wara li kellhom xutt ta’ Ewerton salvat minn fuq il-linja, Fgura rduppjaw fid-39 minuta meta Prudente qassam lejn Dylan Caruana li skorja b’xutt preċiż fil-baxx. Il-logħba ngħalqet definittivament fit-53 minuta meta f’azzjoni ta’ kontrattakk Gabriel Borg qassam lejn Prudente li skorja f’lasta vojta.

Fgura UTD: J. Azzopardi, L. Pisani, D. Caruana, R. Prudente, J. Silva Ewerton, M. Brincat, K. Gandini, J. Vella, J. Cassar, S. Borg, G. Borg.

Żebbuġ R.: A. Benjelloun, S. Bugeja, T. Bartolo, Y. Tonna, J. Perez, J. Silveira Da Silva, L. Gauci, R. Vella, J. Sciberras, S. Miloskovic, G. Gesualdi.

Referee: Daniel Casha

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA