Futbol internazzjonali
Fi Franza: Adil Rami mkeċċi minn Olympique Marseille

Adil Rami, id-difensur ta’ Olympique Marseille, tkeċċa mill-klabb tiegħu wara li rraporta li għandu injury u ma marx għat-taħriġ.

Minkejja dan kollu, Rami tfaċċa fuq programm televiżiv divertenti li kien mistieden għalih.

Il-gazzetta Franċiża ‘L’Equipe’ dalgħodu rrapurtat kif Rami hu plejer mingħajr klabb.

L-ex difensur ta’ AC Milan kien diġà f’dubju jekk il-klabb Franċiż hux se jżommu għal dan l-istaġun.

Ta’ 33 sena, Rami kien involut f’diversi kontroversji fil-karriera tiegħu, bl-aħħar waħda tkun meta f’Ġunju li għadda, l-ex sieħba tiegħu Pamela Anderson ħarġet tgħid pubblikament li temmet ir-relazzjoni ta’ bejniethom minħabba infedeltà.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Polonja u r-Russja ngħaqdu mal-Belġju u l-Italja għall-edizzjoni tal-UEFA Euro 2020. Dan wara li fil-logħbiet tal-Ħadd filgħaxija huma ħarġu rebbieħa u qatgħu passaġġ għall-Kampjonati Ewropej 2020. Ir-riżultati kollha tal-Ħadd filgħaxija…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ intlagħbu diversi partiti minn madwar l-Ewropa mill-gruppi rispettivi tal-UEFA. Minn Grupp J, rebħa oħra konvinċenti għall-Italja kontra l-Greċja bi skor ta’ 2-0, li issa għaluhom seba’ rebħiet minn seba’…

Futbol internazzjonali

Malta….0 Żvezja…4   Tlettax minn tlettax għall-Iżvediżi kontra l-Maltin, wara li fl-Istadium Nazzjonali s-Sibt filgħaxija, Malta tilfet bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-Iżvezja. Tlettax-il konfront li fihom l-Iżvediżi dejjem ħarġu rebbieħa…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona u tal-Arġentina Lionel Messi attenda fiċ-Cirque du Soleil għal spettaklu dwar ħajtu bl-isem ta’ “Messi 10”. Dan l-ispettaklu kien dwar l-istorja ta’ ħajjet l-istilla Arġentina, minn meta…

Aktar