Futbol internazzjonali
Fi Spanja: Arrestati 83 persuna, 28 minnhom sportivi professjonisti, minħabba ‘match-fixing’

Il-Gwardja Ċivili fi Spanja arrestat 83 persuna, fosthom 28 plejer professjonali, wara investigazzjoni dwar match-fixing organizzata minn kriminali mill-Armenja.

Din l-aħbar kienet ikkonfermata mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea, il-Europol.

Fl-aħħar sigħat saru 11-il tfittxija fi djar personali fejn instabu €167,000 fi flus kontanti, flimkien ma’ arma tan-nar, aktar minn 50 apparat elettroniku, credit cards, 5 karozzi ta’ lussu kbir u dokumenti relatati ma’ dawn il-każi. Il-Pulizija ffriżat ukoll 42 kont fil-banek.

Wieħed mit-28 plejer arrestati ħa sehem fl-aħħar US Open tat-tennis.

L-identità tiegħu baqgħet ma ġietx żvelata.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, il-plejer ta’ Juventus FC, ġie ordnat mill-UEFA iħallas multa ta’ €20,000 wara l-ġesti li għamel lejn il-partitarji ta’ Atletico Madrid fil-partita ta’ ritorn tat-tieni rawnd. Juventus għelbu lil…

Aktar