Futbol internazzjonali
Fi Spanja: Il-Federazzjoni mistennija terġa’ taħtar lil Luis Enrique bħala kowċ nazzjonali

Luis Enrique se jerġa’ jinħatar il-kowċ nazzjonali ta’ Spanja minflok dak li kien l-assistent tiegħu Robert Moreno.

Rapporti fil-media Spanjola li ħarġu llum qed jgħidu li l-Federazzjoni Spanjola ddeċidiet li tagħmel dan anki wara ż-żewġ rebħiet ta’ 7-0 kontra Malta u 5-0 kontra r-Rumanija.

Luis Enrique irriżenja mill-kariga tiegħu ħames xhur ilu minħabba l-marda li kellha bintu Xana, li eventwalment mietet f’Settembru li għadda.

Il-Federazzjoni Spanjola ma kkumentat xejn fuq Robert Moreno, jekk hux se jispiċċa mill-kariga jew jekk hux se jerġa’ jkun l-assistent ta’ Luis Enrique.

Moreno rebaħ erba’ minn sitt partiti fil-kariga ta’ kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Futbol internazzjonali

Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-klabbs Ewropej li għandhom l-aktar salarji għoljien, medja ta’ 12.18 miljun dollaru fis-sena lil kull plejer. Is-sit SafeBettingSites.com ħarġu b’din l-informazzjoni lbieraħ u qalu li fid-dinja hawn…

Futbol internazzjonali

It-Tnejn filgħaxija Liverpool żvelaw li akkwistaw lid-difensur laterali Kostas Tsimikas. Dan kien l-ewwel akkwist tar-Reds f’dan is-suq tat-trasferimenti, u Tsimikas ser ikun qed jikkompeti m’Andy Robertson għal post fuq il-linja…

Aktar