Futbol internazzjonali
Fi Spanja: Lionel Messi jikkritika lid-Direttur ta’ Barcelona Eric Abidal

Lionel Messi kritika lid-Direttur ta’ Barcelona Eric Abidal talli qal li ħafna plejers fl-iskwadra ma kienux qed jagħtu l-massimu tagħhom taħt l-ex kowċ Ernesto Valverde.

Abidal u l-President Josep Maria Bartomeu neħħa lil Valverde f’Jannar u minfloku ħatar lil Quique Setien.

Abidal, ex plejer ta’ Barcelona flimkien ma’ Messi, spjega għalfejn Valverde tneħħa mill-kariga minkejja li t-tim jinsab fl-ewwel post tal-kampjonat f’intervista li ta lill-gazzetta Diario Sport.

Madankollu, Messi rrisponda lil Abidal, f’kitba li tefa’ fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partiti li ntlagħbu fid-21.00 tal-lejla, Manchester United għalbu f’darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0 u kwalifikaw għar-rawnd li jmiss. Fernandes jiftaħ l-iskor għar-Red Devils u Ighalo rduppja fl-34…

Futbol internazzjonali

Bayern Leverkusen kwalifikati wara li rebħu wkoll fil-Portugall kontra Porto bi skor ta’ 3-1. Alario fetaħ l-iskor għal Bayern wara 10 minuti logħob. Demirbay irdoppja fil-50 minuta. Havertz għamilhom fis-57…

Futbol internazzjonali

David Beckham ammetta li Lionel Messi u Cristiano Ronaldo huma fil-mira tal-klabb tiegħu Inter-Miami hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-kampjonat tal-futbol fil-pajjiż. Seba’ snin wara li kien beda l-proċess…

Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Aktar