X

Fi Spanja: Max Allegri jista’ jieħu post Zinedine Zidane bħala kowċ ta’ Real Madrid

Story Published

Wara t-telfa kerha tat-Tlieta li għadda ta’ Real Madrid fi Franza kontra Paris St Germain bi skor ta’ 3-0, teżisti possibbiltà kbira li ġganti Spanjoli jneħħu lill-kowċ tagħhom Zinedine Zidane.

Fost diversi ismijiet li diġà ssemmew, jidher li wieħed mill-favoriti għal din il-kariga hu l-ex kowċ ta’ Juventus u Milan, Massimiliano Allegri.

Il-gazzetta ‘Marca’, illum irrapurtat li Real Madrid diġà għamlu kuntatt mal-kowċ Taljan biex jieħu f’idejh it-tim, kemm jista’ jkun malajr.

Kien irrapurtat ukoll li Florentino Perez, President ta’ Real Madrid, ta erbat ijiem ċans lil Zidane biex jirranġa lit-tim u jibda jara l-prestazzjonijiet kbar.

Madankollu, l-istess rapporti jsostnu li l-ħatra ta’ Allegri hi biss kwistjoni ta’ ħin.