Futbol internazzjonali
Fi tmiem din il-ġimgħa, Liverpool – Manchester City u Juventus – Milan

Mil-lejla jibdew jintlagħbu l-logħbiet mill-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa. Fil-Premier League Ingliż, illejla fid-21:00 Norwich jilagħbu kontra Watford filwaqt li mis-Serie A, fid-20:45 Sassuolo jilqgħu f’darhom lil Bologna.

Attenzjoni kbira fuq nhar il-Ħadd li ġej, fejn fl-Ingilterra, it-tim li jinsab fil-quċċata, Liverpool, ser jilqgħu f’Anfield lit-tim li jinsab it-tieni, Manchester City. Sitt punti distakk bejniethom s’issa, bil-logħba tal-Ħadd tista’ tkun waħda deċiżiva daqstant kmieni fil-kampjonat. Bi draw kollox jibqa’ kif inhu, bis-City ikunu jistgħu jintlaħqu minn Leicester City u Chelsea jekk jirbħu l-logħbiet rispettivi tagħhom. B’rebħa għar-Reds ikun ifisser li Liverpool jiftħu 9 punti distakk fuq Manchester City, imma t-tim ċelesti jkun jista’ anke jinqabeż minn Leicester u Chelsea. Min-naħa l-oħra, id-distakk bejn l-ewwel tnejn jista’ jinżel għal tliet punti jekk kemm-il darba Manchester City joħorġu rebbieħa f’Anfield u jagħtu l-ewwel telfa lil Liverpool f’darhom sa mit-23 t’April 2017.

Fis-Serie A, is-Sibt Inter f’San Siro jilqgħu lil Verona, logħba li tibda fis-18:00 u b’rebħa n-neroazzuri jitilgħu fil-quċċata għallinqas għal 24 siegħa. Żgur illi l-posticipo tal-Ħadd jieħu aktar sinjifikat jekk Inter joħorġu rebbieħa s-Sibt, għaliex n-neroazzurri jittamaw f’Milan li jżommu lil Juventus. Żgur mhijiex ser tkun faċli għat-tim ta’ Pioli wara li s’issa għadhom ma qabdu l-ebda ritmu fis-Serie A, b’Juventus bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, punt vantaġġ fuq Inter.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Futbol internazzjonali

Juergen Klinsmann irriżenja minn kowċ ta’ Hertha Berlin wara 10 ġimgħat biss minn meta nħatar. Klinsmann qal li kemm ilu fil-kariga sab nuqqas ta’ appoġġ u fiduċja. L-ex Champion tad-Dinja…

Futbol internazzjonali

It-tliet darbiet rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, Edson Arantes Do Nascimento Pele, ma jridx joħroġ mid-dar minħabba li ma jistax jimxi sew u mingħajr l-għajnuna ta’ ħaddieħor. Din l-aħbar żvelaha ibnu stess,…

Aktar