Sports Internazzjonali
FIFA Beach Soccer World Cup 2019: sal-1 ta’ Diċembru ma’ TVMSport
Il-logħbiet kollha diretti fuq TVM2 jew streamjati live fuq tvm.com.mt/sport

Għall-ewwel darba fuq l-istazzjonijiet ta’ TVM, it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-Beach Soccer.

Din hi l-għaxar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Beach Soccer kemm ilha taħt il-kappa tal-FIFA, u qed tintlagħab fil-Paragwaj.

It-timijiet finalisti huma sittax, maqsumin f’erba’ gruppi ta’ erbgħa, bl-ewwel tnejn minn kull grupp jgħaddu għall-kwartifinali.

Grupp A: Paragwaj, Ġappun, Żvizzera, Stati Uniti

Grupp B: Urugwaj, Messiku, Italja, Tahiti

Grupp Ċ: Belarus, Emirati Għarab Magħquda, Senegal, Russja

Grupp D: Brażil, Oman, Portugall, Niġerja

Ħafna mill-partiti se jintwerew diretti fuq TVM2, l-oħrajn se jkunu streamjati live fuq tvm.com.mt/sport

Il-finalissima tintlagħab il-Ħadd l-1 ta’ Diċembru.

Il-logħob kollu qed isir fil-belt ta’ Luque fi Gran Asunciòn.

Il-Brażil huma ċ-champions renjanti u għandhom ukoll ir-rekord tal-aktar titli, ħamsa.

Riżultati tal-bieraħ:

Italja – Tahiti 12-4

Żvizzera – Stati Uniti 8-6

Urugway – Messiku 1-0

Paragwaj – Ġappun 4-5

Illejla fuq TVMSport:

20:15 Senegal – Russja tvm.com.mt/sport

21:50 Portugall – Niġerja tvm.com.mt/sport

23:25 Belarus – Emirati Għarab Magħquda TVM2

01:00 Brażil – Oman TVM2

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Programm sħiħ ta’ partiti llum wara nofsinhar. Draw ta’ 1-1 bejn Arsenal u Sheffield United. Martinelli fetaħ l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ u John Fleck ġab il-gowl tad-draw fit-83 minuta. Bl-istess…

Sports Internazzjonali

L-organizzaturi ta’ Tokjo 2020 bdew l-installazzjoni taċ-ċrieki mal-pajjiż li huma s-simbolu tal-Logħob Olimpiku. Iċ-ċrieki se jkunu installati, fost l-oħrajn, f’postijiet bħal Odaiba Marine Park f’Tokjo Bay, il-post fejn se jsiru…

Inter iffirmaw lill-plejer Ingliż u captain ta’ Manchester United Ashley Young. Id-difensur ingħata sitt xhur kuntratt b’opzjoni li jiġġedded għal staġun ieħor. Young se jkun qed jingħaqad ma’ Romelu Lukaku…

Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Parma 0   Roma 2 Doppjetta ta’ Pellegrini fit-tieni taqsima għenet lil Roma sabiex jgħaddu għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 2-0. Pellegrini…

Aktar