
Il-Finali
Italja 4 Portugall 6
Il-Portugall huma r-rebbieħa tal-FIFA Beach Soccer World Cup wara li fil-finali għelbu lill-Italja 6-4. It-Taljani kienu l-ewwel li fetħu l-iskor b’gowl ta’ Zurlo, imma mbagħad il-Portugiżi ħadu l-kontroll tal-logħba f’idejhom. Leo Martins ġab id-draw mas-7 minuta, u Jordan tefagħhom għall-ewwel darba minn fuq fis-17-il minuta. Ftit tas-sekondi wara André għamilhom 3-1 u Jordan reġa’ skurja biex għamel l-iskor 4-1 u skorja t-tieni wieħed personali. Jasal ukoll it-tieni wieħed għal Leo Martins man-nofs siegħa logħob biex l-iskor sar 5-1. Ramacciotti u Josep naqqsu d-distakk għat-Taljani biex għamlu l-iskor 5-3, b’Jordan jiskorja t-tielet għalih u s-sitt wieħed għall-Portugiżi. Ramacciotti reġa’ skorja għall-Italja biex skurja l-aħħar gowl tal-logħba li ntemmet 6-4 favur il-Portugall.
Il-Logħba għat-Tielet Post
Russja 5 Ġappun 4
Ir-Russja tirbaħ il-midalja tal-bronż meta fil-logħba għat-tielet post rebħet lill-Ġappun 5-4. Akaguma fetaħ l-iskor għall-Ġappun, b’Zemskov iġib id-draw għar-Russja. Novikov poġġa lir-Russja fil-vantaġġ, imma Akaguma reġa’ skorja għall-Ġappun u għamilhom 2-2. Ozu u Oba skurjaw tnejn oħra għall-Ġappun biex għamlu l-iskor 4-2, imma r-Russi wettqu reazzjoni b’saħħitha biex mhux biss ġabu d-draw imma anke dawru r-riżultat. Żewġ gowls oħra minn Zemskovu ieħor minn Makarov kienu biżżejjed biex taw ir-rebħa lir-Russja u b’hekk intrebħet il-midalja tal-bronż.
Parma 2 Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…
Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…
Sheffield UTD 0 Newcastle UTD 2 Newcastle ħadu xi ftit tan-nifs fil-Kampjonat Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lil Sheffield UTD 2-0. Kien Saint-Maximin li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, u Jonjo…
Sassuolo 1 Perugia 2 Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi….