Futbol internazzjonali
FIFA Club World Cup Qatar 2020: Jitilgħu l-poloz… il-logħbiet diretti kollha fuq TVM2

Illum fil-kwartieri ġenerali tal-FIFA fi Zurich itellgħu l-poloz tal-FIFA Club World Cup li se ssir fil-Qatar.

Peress li Auckland City iċ-Champions tal-Oċeana rtiraw se jinqabeż ir-round preliminari.

Għalhekk fl-ewwel logħba se jaffrontaw lil xulxin il-Messikani ta’ Tigres UANL u Ulsan Hyundai FC mill-Korea t’Isfel.

Ir-rebbieħ f’din il-logħba jilgħab fis-semi finali kontra ir-rebbieħa tal-finali tal-Copa Libertadores Palmeiras jew Santos.

Fit-tieni logħba se jilgħabu Al Duhail tal-Qatar jilagħbu kontra Al Ahly mill-Eġittu u min jirbaħ minn dawn jaffronta liċ-Champions Ewropej Bayern Munich fis-semi finali.

Il-logħbiet kollha tal-FFA Club World Cup inkluż il-finali tal-11 ta’ Frar se jkunu qed jintwerew kollha b’mod dirett fuq TVM2.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.