Futbol internazzjonali
Fil-Belarus, manekkini minflok partitarji fl-istadiums

Fil-Belarus, Dinamo Brest huwa wieħed mill-ftit klabbs li għadu qiegħed jilgħab il-futbol. Fl-aħħar jiem kienu biss ftit partitarji li bdew jattendu għal-logħob tal-klabb, allura d-diriġenti ħasbu biex ikunu innovattivi ħalli l-plejers ma jħossuhomx waħedhom waqt il-logħob. Minflok partitarji, issa qed ikun hemm diversi siġġijiet lebsin il-flokkijiet, kif ukoll manekkini, b’ritratti tal-uċuh tal-partitarji li s-soltu kienu jmorru jissapportjaw lit-tim.

Fil-Belarus għadu għaddej l-uniku kampjonat domestiku fl-Ewropa kollha, u dan minħabba li l-President tal-pajjiż Alexander Lukashenko mhuwiex jagħti kas l-imxija tal-Covid-19. Il-kampjonat domestiku fil-Belarus mhuwiex daqstant ta’ livell, imma bħalissa jinsab fiċ-ċentru tal-attenzjoni għaliex qiegħed iservi bħala żvog għal numru ta’ partitarji u telespettaturi li m’għandhomx futbol x’jaraw fuq it-televixin. Fil-fatt, dan il-kampjonat qed jintwera dirett saħansitra fir-Russja u f’pajjiżi oħra.

Fil-Belarus s’issa hemm 1,486 infettati bil-Covid-19 u 16-il persuna tilfu ħajjithom kawża tal-virus. Imma skont il-President Lukashenko, dan kollu jinsab f’moħħ il-bniedem, u wieħed jista’ jiġġieled il-coronavirus billi jixrob il-vodka, imur fis-saunas u jsuq it-tractors. Inħallu f’idejkom taġġudikaw jekk għandux raġun jew le.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Ġew antipati d-dati taż-żewġ logħbiet tat-tieni legs tas-semi finali tal-Coppa Italia tal-istaġun 2019/20 Id-dati riveduti huma dawn: Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju Semifinali Juventus-Milan (l-ewwel leg 1-1) Is-Sibt 13 ta’ Ġunju,…

Futbol internazzjonali

Ħmistax -il partitarju tat-team ta’ Genoa li kollha jiffurmaw parti minn gruppi tal-Ultras se jkunu akkużati u se jitressqu l-Qorti talli fl-aħħar snin kienu jintimidaw u jheddu lill-ufiċjali tal-Club fosthom…

Futbol internazzjonali

Hekk kif illum mistennija joħorġu l-fixtures riveduti għat-tkomplja tal-kampjonat Premier Igliż ġie approvat ir-regolament tal-ħames sostituzzjonijiet f’kull logħba. Il-Premier League approva wkoll li kull team jista’ jniżżel fuq il-bank tas-sostituti…

Futbol internazzjonali

Chelsea laħqu ftehim fil-prinċipju mal-plejer Ġermaniż Timo Werner li jilgħab ma’ RB Leipzig. Skont Sky Sports, fil-15 ta’ Ġunju li ġej, tiskadi l-klawsola tar-release tal-plejer li tgħid li jridu jitħallsu…

Aktar