Futbol internazzjonali
Fil-Brażil: Il-Pacaembu Stadium f’Sao Paulo jinbidel fi sptar minħabba l-coronavirus

Il-Pacaembu Stadium f’Sao Paulo fil-Brażil qed jinbidel fi sptar għal dawk milquta mill-Covid-19.

L-istadium, li jesa 45,000 spettatur, hu mistenna li jilqa’ fih 200 sodda u mistenni jitlesta f’10 t’ijiem.

Il-Pacaembu Stadium jinsab viċin diversi sptarijiet li hemm fiż-żona f’Sao Paulo.

Sat-Tnejn li għadda, fil-Brażil kien hemm irrapurtat 1,600 persuna li ttestjaw pożittiv għall-coronavirus u 25 mewt.

Kważi l-istadiums kollha fil-Brażil li ntużaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2014 ġew offruti mill-klabbs lill-istat għall-pazjenti li jridu jitfejqu minn dan il-virus.

L-awtoritajiet fil-Brażil jinsabu fiduċjużi li sal-aħħar ta’ April, il-pajjiż joħroġ minn din il-problema.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo għandu rekord ieħor. Din id-darba mhux tal-futbol milgħub fil-pitch. Iżda tal-ewwel plejer tal-futbol li sar uffiċjalment biljunaru. Skont Forbes, bil-€105 miljuni li daħħal fis-sena l-oħra, CR7 għandu tiegħu…

Futbol internazzjonali

Il-ġganti tal-futbol Real Madrid u Atletico Madrid, ingħaqdu u ftehmu biex flimkien jgħinu familji tal-belt kapitali Spanjola li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19. Florentino Perez, President ta’ real Madrid, qal li għal…

Futbol internazzjonali

It-tabiba ta’ emerġenza li assistiet lill-plejer nazzjonali tal-Kamerun Patrick Ekeng qabel mewtu, ingħatat 18-il xahar ħabs sospiżi minħabba negliġenza. Fl-2016, il-plejer kien jilgħab fir-Rumanija ma’ Dinamo Bucharest u miet b’attakk…

Futbol internazzjonali

Żewġ plejers ta’ Benfica ttieħdu fl-isptar wara li ġiet attakkata l-bus tat-tim wara l-ewwel partita li lagħbu mingħajr partitarji. Il-Ġermaniż Julian Weigl u s-Serb Andrija Zivkovic, intlaqtu b’oġġetti u ttieħdu…

Aktar