Futbol internazzjonali
Fil-Ġermanja: Ivan Perisic b’self ma’ Bayern Munich sal-aħħar tal-istaġun

Ivan Perisic, il-plejer ta’ Inter, ingħaqad ma’ Bayern Munich b’self sal-aħħar tal-istaġun.

In-negozjati bejn iż-żewġ klabbs jinkludu opzjoni għall-Ġermaniżi biex jixtru lill-Kroat fl-aħħar tal-istaġun.

Arsenal kienu diġà ppruvaw jakkwistaw lil Perisic f’Jannar li għadda. Manchester United kienu wrew l-interess fih ukoll.

Fil-passat, il-plejer ta’ 30 sena, kien jilgħab ma’ Borussia Dortmund u Wolfsburg iżda fl-2015 kien ingħaqad ma’ Inter.

Ivan Perisic kien protagonist fl-aħħar Tazza tad-Dinja li ntlagħbet fir-Russja fis-sajf li għadda. Hu kien għen lil Kroazja jaslu sal-finali li ntrebħet minn Franza.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Stennija kbira għat-tkomplija ta’ La Liga fi Spanja meta fil-11 ta’ dan ix-xahar mistenni jitkompla l-logħob ta’ dan l-istaġun. Barcelona ser ikomplu bid-difiża għat-titlu barra minn darhom kontra Real Mallorca…

Futbol internazzjonali

Gianfranco Zola, l-ex assistant kowċ ta’ Chelsea, qal li ħafna mill-plejers kienu ddejqu jaħdmu mal-kowċ Maurizio Sarri. F’intervista kontroversjali li ta lil Bein Sports, Zola qal li kien hemm plejers…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Beppe Barletti, ex kontributur tal-programm 90 Minuto fuq ir-RAI. Barletti kien mir-reġjun ta’ Piemonte u kien il-korrispondenti ta’ Juventus u Torino fiż-żmien li 90 Minuto kien jippreżentah…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA qed tistenna d-dati tal-fixtures il-ġodda tal-Premier League Ingliż u tas-Serie A sabiex tkun tista’ tiffinalizza d-dati tal-kontinwazzjoni tal-kompetizzjonijiet ta’ dan l-istaġun. Il-Premier League Ingliż kien l-aħħar kampjonat li ħabbar…

Aktar