Motorsport
FILMAT: Ara l-inċident sfortunat ta’ Kane Pisani fiċ-ċirkwit ta’ Vallelunga

Tintemm qabel ma kien previst l-avventura ta Malta fl-ewwel edizzjoni tal-FIA Motorsport Games ġewwa ċ-ċirkwit ta Vallelunga. Malta ikkompetiet biss fir Drift Cup fejn kienet rappreżentata minn Kane Pisani. Il-provi bdew isiru waqt xita u trakka mxarrba, allura kienet aktar diffiċli. Sfortunatament waqt l-ewwel provi Pisani soffra ħsara fejn tielef waħda mir-roti ta wara. Għalkemm it-tim ta Pisani għamlu minn kollox u irnexxilom isewwu il-karozza fil-ħin xorta l-isforz ma kienx biżżejjed biex Pisani jgħaddi għal-kwalifikazzjonijiet tas-Sibt.

Pisani esprima id-diżappunt tiegħu u talab skuża lis-segwaċi wara din l-esperjenza. Minn- naħa tagħhom is-segwaċi irrispondew lill-Pisani b’kummenti ta nkoraġġiment u awgurawlu li darb’oħra ma jkunx daqshekk żvinturat.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq Valentino Rossi ser jiddeċiedi din is-sena jekk ikomplix jikkompeti fil-Moto GP jew le. Rossi ħabbar dan wara li t-tim tal-Yamaha ħabbru li ffirmaw liż-żagħżugħ Franċiż Fabio Quartararo mis-sena 2021….

Motorsport

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally. Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum….

Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Aktar