Futbol lokali
FILMAT – Araw is-16-il goal f’Għawdex.. rebħiet għal Xewkija, Nadur, Għajnsielem u Kerċem

FILMATI – CVC .. RAPPORT – Mark Cini.. RITRATT – Gozo Football League 

Gozo Football League l-Ewwel Diviżjoni

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-isfidanti għar-rebħ tal-Kampjonat Xewkija Tigers, Nadur Youngsters u Għajnsielem kollha ħarġu rebbieħa.

Xewkija Tigers – Oratory Youths 3 – 0
Il-leaders Xewkija għelbu lil Oratory Youths bl-iskor ta’ 3-0, fetaħ l-iskor Daniel Sakic fid-disa’ minuta, qabel doppjetta fl-ahhar kwarta tal-partita minn Rodney Buttigieg.

SK Victoria Wanderers – Nadur Youngsters 1 – 3
Nadur Youngsters għelbu 3-1 lis-semifinalisti tal-FA Trophy SK Victoria Wanderers li marru fil-vantaġġ eżatt qabel il-mistrieħ bi ġmiel ta’ goal ta’ Ian Xuereb, iżda fit-tieni taqsima l-eroj għal Nadur kien Dewide Dos Santos li bil-hat-trick tiegħu għamel l-iskor finali Nadur tlieta SK Victoria Wanderers wieħed.

Għajnsielem – Victoria Hotspurs 2 – 1
Għajnsielem għelbu 2-1 lil Victoria Hotspurs, li marru fil-vantaġġ b’tap-in ta’ Henrique Maciel, goal tad-draw kmieni fit-tieni taqsima b’xutt fil-baxx ta’ Emiliano Lattes, qabel il-goal tar-rebħa skurjat minn John Camilleri.

Kerċem Ajax – Xagħra United 5 – 1
F’partita oħra Kercem għelbu lit-team tal-qiegħ Xaghra United 5-1.
Gustavo Franca Amadio poġġa lil Kerċem fil-vantaġġ, 1-1 ta’ Daniel Sowatey, biex Philip Taylor reġa tefa lil Kerċem minn fuq qabel it-tripletta personali għal Gustavo Franca Amadio.

Fil-klassika Xewkija Tigers jinsabu fuq quddiem b’wieħed u erbgħin punt, Nadur Youngsters sebgħa u tletin, Għajnsielem sitta u tletin, Kerċem ħamsa u għoxrin, Victoria Hotspurs tmintax, Oratory Youths sbatax, SK Victoria Wanderers tlettax u fl-aħħar post Xagħra United fl-aħħar post b’żewġ punti biss.

Klassifika Gozo Football League l-1 Diviżjoni
Lagħbu Punti
Xewkija Tigers 17 41
Nadur Youngsters 17 37
Għajnsielem 17 36
Kerċem Ajax 17 25
Victoria Hotspurs 17 18
Oratory Youths 17 17
SK Victoria Wanderers 17 13
Xagħra United 17 2.

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 VALLETTA…………..6 TARXIEN…………….0 Dominanza assoluta mit-tim ta’ Valletta hekk kif dawn jegħlbu lil Tarxien Rainbows bi skor ta’ 6-0. Permezz ta’ din ir-rebħa importanti, Valletta issa laħqu…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 SENGLEA A………..1 ĦAMRUN S………..3 Tlett punti u rebħa għal Ħamrun Spartana hekk kif fl-Istadium taċ-ċentenarju Hamrun għelbu lil Senglea bl-iscore ta’      3-1. Żewg timijiet…

Futbol lokali

Ir-Ritratt tal-ġurnata meħud illum fis-Centenary Stadium waqt il-logħba Senglea Athletic u Ħamrun Spartans. X’Taħsbu li huma l-pariri li qed jagħti Pietro Ghedin lil Tom Saintfiet ? Ikkumentaw fuq il-paġna ta’…

Futbol lokali

RAPPORT – Simon Farrugia  Kampjonat BOV Premier_Staġun 2017/2018 Gżira United …… 1 Balzan ……………. 2 Gzira kienu ġejjin minn rebħa fuq Ħamrun bl-iskor ta’ 4-0 filwaqt li Balzan spiċċaw l-aħħar…

Aktar