Futbol internazzjonali
FILMAT: Balotelli fl-inkwiet mal-Pulizija minħabba mħatra ta’ €2,000 li persuna ma jaqbiżx fil-baħar bil-mutur b’kollox

Mario Balotelli, mill-ġdid b’xi praspura. U din id-darba, imħatra ta’ €2,000 tista’ ddaħħlu fil-problemi mal-ġustizzja fl-Italja.

L-ex attakkant ta’ AC Milan, Inter FC, Nice FC u Olimpique Marseille sfida persuna biex jaqbeż bil-mutur b’kollox fil-baħar u li jekk jagħmel dan, kien lest jagħtih €2,000 fi flus kontanti dak il-ħin stess.

L-attakkant jinsab għal btala ma’ bintu Pia, f’Napli.

L-imħatra għamilha f’Mergellina, u ġiet ukoll iffilmjata fl-istess ħin li deher anki jqabbad sigarett u joħroġ mill-but €2,000, f’karti tal-€50. Din l-imħatra setgħet ġiet evitata mill-attakkant Taljan, mhux daqstant għal flus li tilef, iżda biex ma jidħolx f’inkwiet żejjed u bla bżonn.

Jidher li Balotelli kien għaddej minn parkeġġ żgħir biswiet il-baħar u qed ikun iffilmjat minn xi nies, l-attakkant tat-tim nazzjonali Taljan instema’ jgħid lil sewwieq ta’ mutur żgħir li kien ħdejh li kien lest jagħtih is-somma flus jekk jaqbeż il-baħar bil-mutur b’kollox.

Jidher li sid il-mutur ma ħasibix wisq, konxju li forsi l-mutur żgħir tiegħu ma jiswix €2,000. Fi ftit sekondi saq u qabeż fil-baħar bih b’kollox, fost l-applawsi u d-daħk li nstema’ minn dawk kollha li nzertaw viċin.

Jidher li l-filmat miġbud tpoġġa fuq il-media soċjali u ġera mhux biss mal-Italja iżda mad-dinja kollha tant li wara ftit ħin, il-Pulizija ta’ Napli kienu fuq il-post jippruvaw jinvestigaw minn kien il-‘ġenju’ wara din l-istorja.

Mario Balotelli, anki jekk mhux bil-futbol fil-pitch, jibqa’ protagonist assolut tal-praspar mal-media Taljana.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex plejer ta’ Manchester City Glyn Pardoe miet fl-età ta’ 73 sena. Pardoe jibqa’ l-aktar debuttant ta’ età żgħira li qatt kellu l-klabb. Hu kien iddebutta f’April tal-1962 fl-età ta’…

Futbol internazzjonali

Yves Jean-Bart, il-President tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Haiti, ġie sospiż għal 90 ġurnata mill-FIFA wara li ta fastidju lill-plejers tal-futbol femminili u ħajjarhom biex ikollhom x’jaqsmu miegħu sesswalment. Il-FIFA ħadet din id-deċiżjoni…

Futbol internazzjonali

Id-difensur tal-klabb ta’ Morecambe, Chrisitian Mbulu, miet fl-età ta’ 23 sena. L-ex plejer ta’ Motherwell kien beda l-karriera professjonali tiegħu ma’ Millwall u lagħab ukoll ma’ Brentwood, Braintree u Crewe….

Futbol internazzjonali

“Li se nilagħbu f’Anfield u ngħollu t-trofew fi stadium vojt mingħajr partitarji hu stramb ħafna,” qal Jordan Henderson, il-captain ta’ Liverpool. Ir-Reds kienu fil-quċċata tal-klassifika meta twaqqaf l-istaġun u għandhom…

Aktar