Futbol lokali
FILMAT: Balzan jaqbżu lil Sliema fil-klassifika

Balzan…….. 2

Sliema …….1

Logħba li kellha bidu eċċellenti bit-team ta’ Balzan jirnexxielu jaħsad lit-team Slimiż tant li f’inqas minn 13 -il minuta kien qed igawdi żewg goals vantaġġ, min naħa tagħhom Sliema damu biex irkupraw u propju fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima naqqsu d-distakk liema goal xorta ma biddel xejn għat-team Slimiż hekk kif Balzan żammew lit-team Slimiż milli jersaq lejn il-lasti avversarja.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara 7 minuti logħob meta freekick għal Balzan li inkariga minnu Correa li tefa’ lejn il-goaler ta’ Sliema Timothy Aquilina b’dan tal-aħħar jippruva iqabbes l-ballun wara l-lasti biss il-ballun jaħbat mal-minduda u jinżel f’saqajn Effiong li mill-viċin tefa’ il-ballun fix-xibka.

Mat-13 il minuta Balzan jirduppjaw meta Correa jiġi mwaqqa fil-kaxxa min Mintoff bir-referee Farrugia Cann jordna foul mill-ħdax -il metru liema penalty inkariga minnu Majdevac fejn tefa’ l- ballun fir-rokna tax-xibka.

35 minuta tasal l-ewwel azzjoni ta’ Sliema meta pass ta’ Marzouk lejn Ryan Fenech li ppruva xutt minn barra l-kaxxa bil-ballun jispiċċa barra.

42 minuta freekick għal Sliema jinkariga minnu Marzouk bix-xutt tiegħu jispiċċa barra.

45 Minuta Sliema inaqqsu d-distakk meta xutt ta’ Kurt Shaw minn barra l-kaxxa ħasad lil Mintoff bil-ballun jaħbat mal-lasti u jispiċċa fix-xibka.

Tmiem l-ewwel taqsima: Balzan 2 Sliema 1

70 minuta azzjoni personali ta’ Majdevac li baqa’ javvanza bix-xutt tiegħu jgħaddi ferm għoli.

89 Minuta tasal l-aħħar azzjoni tal-partita meta freekick li inkariga minnu Fiori Mendes bil-ballun jaħbat mal-minduda u jispiċċa barra.

Riżultat Finali: Balzan 2 Sliema 1

Player tal-logħba: Duarte Correa (Balzan)

Referee: Trustan Farrugia Cann

Attendenza: 473

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Aktar