Futbol internazzjonali
FILMAT: Bugeja tiskorja fir-ritorn tagħha ma’ Sassuolo

Il-Player internazzjonali Maltija Haley Bugeja rritornat lura fl-azzjoni ma’ Sassuolo meta fil-logħba mill-kampjonat tas-Serie A Femminile kontra San Marino hi daħlet bħala sostitut fis-76 minuta u ħames minuti biss wara sabet ix-xibka biex għenet lil Sassuolo jiksbu rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom.

L-internazzjonali Maltija kienet ilha barra mill-azzjoni mit-13 ta’ Frar li għadda wara li kienet sofriet injury f’partita mill-Coppa Italia kontra Milan.
Bugeja il-ġimgħa l-oħra intgħażlet bħala l-Isportiva tas-sena fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Għażliet Sportivi Nazzjojonali. Sa issa dan l-istaġun hi skurjat seba’ darbiet fi tnax-il logħba bil-flokk ta’ Sassuolo.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.