Bodybuilding
FILMAT: Christine Scerri tirbaħ in-NABBA Universe Athletic Figure 2018

Suċċess għall-atleta Christine Scerri hekk kif din fi tmiem il-ġimgħa rrappreżentat lil pajjiżna u rebħet l-ewwel post fil-kompetizzjoni NABBA Universe. Hi kienet akkumpanjata mit-tim tagħha magħmul minn James Micallef, il-President tal-Federazzjoni NABBA f’Malta Vince Balzan, Yvonne Balzan Gouder f’avveniment prestiġjuż bl-isem ta’ NABBA UNIVERSE li jagmel parti mill-Federazzjoni NABBA u li huwa l-ogħla avveniment mill-ħafna li jiġu organizzati matul is-sena.

L-atleta Christine Scerri ta’ 27 sena, u li hija ukoll studenta universitarja fejn bħalissa qed tisdudja għal Masters fil-Istudji Teatrali, irnexxilha tikseb l-ewwel post fil-klassi Athletic Figure taħt it-tmexxija tal-kowċ Norton Chalker u b’hekk rebħet it-titlu ta’ Miss NABBA Universe Athletic Figure 2018. Il-kompetizzjoni saret nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru.

Din is-sena il-federazzjoni kienet qedgħha tiċċelebra l-għeluq is-sebgħin sena tal-avveniment Universe. Apparti s-suċċess li kisbet Christine bħala atleta, għal Malta din kienet l-ewwel darba li atleta femminili Maltija irnexxilha tikseb l-ewwel post f’dan l-avveniment. Din is-sena għal Christine u t-tim tagħha kienet it-tielet rappreżentazzjoni preżentazzjoni barra minn xtutna.

Fl-ewwel kummenti tagħha Scerri rringrazzjat lil kowċ tagħha Norton Chalker tat-tmexxija kompleta u professjonali mill-bidu sal-aħħar, lil Vince Balzan u Yvonne Balzan Gouder ta’ kemm jemmnu fl-atleti Maltin u tas-support li jgħatu meta atleta jirrappreżenta lill-Malta f’dan l-avveniment. Hi kellha kliem ta’ tifħir ukoll lejn l-isports Massuer Chris Maggi li ħa ħsieb il-kundizzjoni fiżika f’sens ta’ kura ta’ injuries u mobilitazzjoni fizika b’attenzjoni u reqqa kbira, u finalment l-aħħar u mhux l-inqas tirringrazzja lil James Micallef li dejjem kien viċin tagħha fil-preparazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni.

Scerri qalet li hi tixtieq tkompli tavvanza sabiex fil-futur tiġi eliġibbli tikkompeti fil-kategorija Trained Figure u b’hekk titla’ skala oħra li hija l-għola kategorija fil-federazzjoni NABBA.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Bodybuilding

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Bodybuilding, ftit tal-jiem ilu, ħatret lil Kevin Grech, bħala wieħed mill-persuni responsabbli mid-Dipartiment tal-Media u l-Komunikazzjoni tagħha. L-appuntament ta’ Grech hu wieħed minn diversi li Malta kellha f’dawn…

Aktar