Futbol lokali
ARA: Claudio Marchisio jammira s-sbuħija ta’ Malta b’filmat fuq Instagram

Claudio Marchisio, l-ex plejer ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali tal-Italja, jinsab f’Malta fuq stedina tal-Juventus Club Cuore Bianconero.

U filwaqt li jinsab hawn biex jiltaqa’ mal-Juventini Maltin, ma naqasx milli jieħu ritratti u filmati u jtellagħhom fuq il-profil personali tiegħu ta’ Instagram li fuqu għandu aktar minn 4 miljun persuna jsegwuh minn madwar id-dinja kollha.

Marchisio hu fost l-aktar plejers maħbuba fl-Italja, mhux mal-partitarji ta’ Juventus biss.

Il-filmat li tella’ ftit tal-ħin ilu kien waqt ikla li kellu mal-Eżekuttiv tal-Juventus Club Cuore Bianconero, f’ristorant fl-Għadira, fil-Mellieħa.

Din mhux l-ewwel darba li diversi persuni popolari fid-dinja żaru pajjiżna u ma ddejqu xejn jagħmlu reklam sabiħ permezz tal-profili soċjali tagħhom.

Claudio Marchisio lagħab 294 partita ma’ Juventus u skurja 33 gowl.

Mal-Italja lagħab 55 partita u skurja ħames gowls.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Birkirkara……..1 Gżira UTD…….3  Gżira United ħadu t-tielet rebħa infila u baqgħu mhux megħluba meta fit-tieni logħba tas-Sibt fis-Centenary Stadium huma rebħu kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 3-1….

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Sirens FC…………1 Floriana FC………4 Floriana baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat Premier meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1. Il-Greens kienu kapaċi jdawru telfa f’rebħa u…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20. SENGLEA A……………………2 SLIEMA Wds………………….0 Senglea kienu ġejjin minn dro ta’ mingħajr gowls kontra St.Lucia filwaqt li s-Slimiżi kienu ġejjin minn telfa ta’ 1-0 kontra Sirens. Wara…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 MOSTA …………..1 SANTA LUCIA …0 Gowl skurjat minuta minn tmiem il-partita qaxleb il-miżien lejn Mosta dan wara li huma għelbu lil Santa Lucia f’logħba li ftit…

Aktar