FILMAT: Diversi atleti u Clubs jingħataw rikonoxximent mill-Prim Ministru

F’Kastilja iktar kmieni illum il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ diversi atleti u clubs li kisbu suċċess u riżultati importanti f’dawn l-aħħar xhur.

Fost l-atleti ppreżentati b’tifkira ta’ rikonoxximent kien hemm Sue Abela u Mauro Anastasi għas-suċċess fil-kampjonati tal-Mediterran tal-bowling li saru f’Malta l-ġimgħa l-oħra, it-team nazzjonali tal-Weightlifting li kkompeta fil-kampjonat tan-nazzjonijiet iż-żgħar tal-Ewropa, u 38 atleta bejn is-6 u s-17 -il sena mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate li ħadu sehem fl-Open tar-Renju Unit. Ġew rikonoxxuti wkoll il-Valletta Subbuteo Club li ħa sehem fil-Grand Prix tal-Ingilterra, il-Club tar-Regatta ta’ Bormla rebbieħ tax-Shield tal-31 ta’ Marzu, it-team Malti li ħa sehem fil-Blackball Pool World Championship fosthom Lydon Debono u Clint Azzopardi li rebħu d-doubles, u Lisa Marie Bezzina li rebħet in-nofs maratona ta’ Pisa u daħlet it-tielet fin-nofs maratona ta’ Sevilla.

Jakkumpanja lil Prim Ministru kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport Clifton Grima.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol internazzjonali

Mario Balotelli, l-attakkant kontroversjali Taljan, se jsir plejer ta’ Brescia fis-sigħat li ġejjin. Jidher li matul il-lejl li għadda, sar ftehim bejn il-President Massimo Cellino u l-aġent tal-plejer Mino Raiola…

Futbol internazzjonali

L-ex kowċ nazzjonali tan-Niġerja, Samson Siasia, ġie sospiż għal għomru mil-logħba tal-futbol wara li nstab ħati ta’ match-fixing. Fi stqarrija, il-FIFA qalet li Siasia nstab ħati mill-Kumitat tal-Etikà, li aċċetta…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona, Philippe Coutinho, mistenni jiċċaqlaq u jmur sena b’self fil-Ġermanja ma’ Bayern Munich. Din l-aħbar ikkonfermawha ċ-champions Spanjoli stess. Ilbieraħ Coutinho vjaġġa mal-iskwadra f’Bilbao għall-ewwel partita tal-kampjonat li…

Aktar