Formula 1
FILMAT: Fil-F1 l-Ewwel rebħa tal-Ferrari fil-kampjonat u l-ewwel rebħa personali ta’ Charles Leclerc

F1: Is-sewwieq żagħżugħ ta’ 21 sena Charles Leclerc paxxa lill-ferraristi bl-ewwel rebħa tal-kampjonat 2019 hekk kif rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju fi Spa Francochamps. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa fil-karriera għas-sewwieq Monegask li fi tmiem it-tellieqa ddedika l-ewwel rebħa fil-Formula 1 lil sieħbu Antione Hubert li miet is-Sibt waqt it-tellieqa tal-Formula 2 waqt inċident ikrah.

Lewis Hamilton fuq Mercedes kellu jikkuntenta ruħu bit-tieni post iżda kien viċin li jilħaq il-Ferrari ta’ Leclerc lejn l-aħħar hekk kif il-brittaniku beda jnaqqas id-distakk drastikament fl-aħħar dawriet.

Fit-tielet post daħlet il-Mercedes l-oħra ta’ Valtteri Bottas.

Segwew Sebastian Vettel fuq Ferrari li daħal ir-raba’, Alex Albon fuq karozza Red Bull fil-ħames post u fis-sitt post Sergio Perez tat-team Racing Point.

Fis-seba’ post daħal Daniil Kvyat tat-Toro Rosso, segwiet minn Nico Hulkenberg fuq Renault, fid-disa’ post Pierre Gasly Toro Rosso u l-aħħar punt ħadu Lance Stroll tat-team Racing Point li daħal fl-għaxar post.

Fil-klassifika tas-sewwieq jibqa’ l-ewwel Lewis Hamilton b’268 punt, warajh fit-tieni post Bottas distakkat b’65punt. Fit-tielet u fir-raba’ post Max Verstappen u Sebastain Vettel rispettivament.

Fil-klassifika tal-kostrutturi l-ewwel il-Mercedes b’471 punt fit-tieni post il-Ferrari li bir-rebħa tal-lum issa għandhom distakk ta’ 145 punt minn mat-team ingliż.

Il-Grand Prix li jmiss l-erbatax -il GP tal-istaġun isir fl-Italja fuq iċ-ċirkwit ta’ Monza nhar il-Ħadd li ġej.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-Ferrari ġeddew il-kuntratt tas-sewwieq Charles Leclerc għal ħames snin oħra biex issa se jispiċċa minn magħhom fis-sena 2024. Dan tħabbar mill-Ferrari stess. Is-sewwieq ta’ 22 sena rebaħ żewġt itlielaq f’din…

Formula 1

Skont il-Kap Eżekuttiv tal-Ferrari Louis Camilleri, iċ-chairman John Elkann iltaqa’ mas-sewwieq Lewis Hamilton u għalkemm diġa’ tkellmu dwar li l-Brittaniku jingħaqad mal-Iscuderia, dawn it-taħdidiet għadhom prematuri. Skont rapporti mill-media Taljana,…

Moto GP

Fit-trakka ta’ Valencia ċ-Champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton u l-leġġenda tal-MotoGP Valentino Rossi partu l-irwol tagħhom . Għall-ewwel darba Lewis Hamilton saq il-mutur tas-seba’ darbiet Champion tal-MotoGP filwaqt li għal…

Formula 1

Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun. Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc…

Aktar