Futsal
FILMAT: Fil-Futsal jintensifika ruħu d-dwell bejn Luxol u Valletta

Luxol u Valletta jibdew is-serje ta’ konfronti diretti bejniethom

Luxol ingħaqdu ma’ Valletta bħala l-finalisti tan-Knock Out, meta fit-tieni semifinali Luxol faċilment għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor finali ta’ 9-0.

Wara biss erba’ minuti, twaqqa’ George Frendo fil-kaxxa u l-istess Frendo fetaħ l-iskor minn penalty. Sitt minuti wara Frendo rdoppja l-iskor b’xutt b’saħħtu minn mal-linja. Luxol komplew iżidu l-iskor permezz ta’ Zvezdan Vukovic, Chris Cardona, Aidan Micallef, doppjetta ta’ Maicon Silva Gaiewski u żewġ awtogowls ta’ Christian Wismayer u Paul Scerri.

Intant Ġimgħa filgħaxija, l-istess Valletta u Luxol iltaqgħu għall-aħħar logħba tar-rawnd tal-Elite qabel ma jibdew il-play offs. Iż-żewġ timijiet kienu qed jaqsmu l-ewwel post tal-Elite b’51 punt. Wara dan il-konfront Luxol telgħu l-ewwel waħedhom b’54 punt meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 7-2.

Għal Luxol kellna tripletta ta’ Maicon Silva Gaiewski, doppjetta ta’ Zvezdan Vukovic u gowl kull wieħed għal Andy Mangion u Emil Anfrei Raducu. Iż-żewġ gowls Beltin waslu mingħand Denis Di Maio u Dylan Musu.

F’aktar riżultati mir-rawnd tal-Elite Tarxien Rainbows għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 6-5 u t-tim tal-Università ta’ Malta ħareġ rebbieħ fuq Swieqi United bl-iskor ta’ 5-1.

Fl-unika logħba mill-Ewwel Diviżjoni Pietà Hotspurs għelbu lil UM Futsal Academy bl-iskor ta’ 6-4 u wara tmiem il-logħba ġew mogħtija t-tazza u inkurunati bħala rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni.

Klassifika Elite

Luxol 54; Valletta 51; Birkirkara & Swieqi United 31; L-Università ta’ Malta 21; Tarxien Rainbows 18.

Klassifika L-Ewwel Diviżjoni

Pietà Hotspurs 22; Swieqi United U21 15; Luxol U19 13; UM Futsal Academy 3

Il-ġimgħa d-dieħla:

It-Tnejn 25 ta’ Marzu

Promotion Play Off 1

Tarxien Rainbows vs L-Università ta’ Malta (fit-20:15 fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

It-Tlieta 26 ta’ Marzu

Promotion Play Off 2

Pietà Hotspurs vs Swieqi United U21 (fit-20:15 fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

Il-Ħamis 28 ta’ Marzu

Promotion Play Off 3

L-Università ta’ Malta vs Pietà Hotspurs (fit-20:15 fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

Il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu

Elite Play Off 1 minn 5

Luxol vs Valletta (fit-20:15 fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futsal

Fis-semifinali tan-Knock Out kellna taqtigħa interessanti bejn Valletta u Birkirkara. Valletta kisbu vantaġġ doppju meta wara għaxar minuti logħob Rafael Medeiros Rodrigues fetaħ l-iskor u Shawn Vella għamilhom 2-0. Birkirkara…

Futsal

Mill-Kwart tal-Finali tal-kompetizzjoni Knock Out, Pietà Hotspurs, Luxol, Valletta u Birkirkara qatgħu l-passaġġ għas-semifinali. L-iktar waħda faċli kienet għal Valletta li rebħu bl-iskor ta’ 17-0 kontra t-tim ta’ taħt id-dsatax-il…

Aktar