
Il-Malta Drug-Free Powerlifting Association organizzat għall-ewwel darba l-Kampjonati Nazzjonali tas-Single Lifts. L-ewwel darba li ġew organizzati s-Single Lifts f’Malta kien Ġunju li għadda fuq livell internazzjonali. B’kollox il-Ħadd ikkompetew 15-il atleta f’refgħat tal-isquat, bench press jew deadlift.
Tamasin Mallia rebħet żewġ lifts fl-isquat u fil-bench press min-nisa li kkompetew fejn refgħet 95kg f u 60kg rispettivament. Joanne Ellul Lanfranco li kkompetiet għat-tieni darba fil-powerlifting kisbet l-ewwel post fid-deadlift b’refgħa ta’ 120kg fil-kategorija ta’ taħt il-50.5kg. Mallia, Ellul Lanfranco u Rachel Ann Said, kollha kkompetew fit-tliet refgħat u kisbu numri sodisfaċenti kemm fuq livell personali u anki nazzjonali. Amanda Holloway, li kienet atleta mistiedna mill-Ingilterra kisbet numri tajbin ukoll.
Mill-kategorija tal-irġiel, Josef Spiteri kellu l-ikbar bench press tal-ġurnata u kiseb rekord nazzjonali ta’ 180kg mar-raba’ attentat. Din ġabitlu l-ewwel post fil-bench press u hija waħda mill-akbar benches fl-istorja tal-powerlifting f’Malta.
Charles Degiorgio ġie l-ewwel fid-deadlift b’refgħa ta’ 250kg kontra 12-il atleta ieħor. Wayne Gregoraci ġie lura fix-xena tal-powerlifting wara li kienu ilu ma jikkompeti 3 snin u ġie lura jiżen inqas. Gregoraci kkompeta għall-ewwel darba fil-kategorija ta’ taħt id-90kg u fl-istess ħin tejjeb id-deadlift u refa’ 275kg u b’hekk kiseb it-tieni post. Matteo Aquilina li kkompeta fil-bench press u fid-deadlift kiseb it-tielet post fid-deadlift b’refa’ ta’ 202.5kg. L-ikbar toqol ta’ deadlift kienet ta’ Cleaven Cutajar b’refgħa ta’ 280kg fil-kategorija ta’ taħt il-145kg. Ryan Muliett li kkompeta fil-powerlifting għat-tieni darba ħa sehem fid-deadlift u rreġistra 180kg, 5kg iktar minn Settembru.
Francis Spiteri, veteran li jikkompeti fil-Masters 6, refa’ f’kull lift u kiseb numri sodisfaċenti għall-kategorija tiegħu fejn irreġistra 140kg fl-isquat, 65kg fil-bench press, u 165kg fid-deadlift.
Din il-kompetizzjoni rat ukoll uċuħ ġodda għall-powerlifting bħalma huma Melchior Bruno, Francesco Sardu u Lekic Slobodan. Alex Mitul ikkompeta għat-tieni darba.





L-MDFPA se tkun qed torganiżża l-ewwel kompetiżżjoni tas-sena fl-24 ta’ Frar. Din il-kompetiżżjoni se tkun Full Power Team Championships, fejn timijiet magħmulin minn tlett atleti jikkompetu kontra xulxin u t-tim…
Is-Sibt u l-Ħadd li għadda, 2 u 3 ta’ Novembru ġew organizzati l-World Full Power Championships tal-Powerlifting fi Glasgow, fl-Iskozja. Din il-kompetizzjoni ssir kull sena u fiha jikkompetu atleti mill-Ukraina,…
Fi tmiem il-ġimgħa kien organizzat il-Kampjonat Nazzjonali tal-Powerlifting fil-Cottonera Sports Complex fi ħdan il-Malta Drug-Free Powerlifting Association. 11-il atleta minn 25 atleta kienu qegħdin jikkompetu f’dan l-isport għall-ewwel darba. L-aħjar…