Futbol lokali
FILMAT – Futbol f’Għawdex: Victoria Hotspurs jirritornaw għar-rebħ fil-logħba kontra SK Victoria Wanderers

Futbol f’Għawdex: GFA BOV, l-Ewwel Diviżjoni. Erba’ partiti li ntlagħbu fi tmiem il-ġimgħa.

Iċ-champions tal-futbol Għawdxi, Victoria Hotpsurs, irritornaw għar-rebħ fil-logħba derby kontra SK Victoria Wanderers. Il-Hotspurs fetħu l-iskor b’gowl ta’ Emiliano Lattes fil-11-il minuta iżda il-Wanderers kisbu l-gowl ta’ draw minuta wara permezz ta’ konklużjoni ta’ Aaron Touarha. Il-Hotspurs reġgħu marru fil-vantaġġ fl-34 minuta b’xutt mill-ewwel ta’ Chris Camilleri, li kien qed jilgħab is-600 logħba fil-karriera tiegħu. Il-Hotspurs kabbru l-vataġġ b’gowl skurjat fit-tieni minuta logħob tat-tieni taqsima b’konklużjoni bir-ras ta’ Galder Dwomoh Lombas u l-istess attakant Spanjol issiġilla r-rebħa fid-69 minuta bir-raba’ gowl.
Referee kien Fyodor Zammit.

Xewkija għelbu lil Nadur bi skor ta’ 3-2. Xewkija fetħu vanataġġ ta’ żewġ gowls permezz ta’ Halleson Thiago barbosa Honorato fil-21 minuta u Gennaro Hili fit-32 minuta. Nadur naqsu d-distakk żewġ minuti wara meta Stanimir Miloskovic. Fis-67 minuta Xewkija reġgħu skurjaw permezz ta’ Milos Stojanovic. Nadur setgħu naqsu l-iskor fil-75 minuta meta r-referee Dorian Caruana ordna penalty wara li Rodney Buttigieg iklerja l-ballun b’idu. L-istess buttigieg kien imkeċċi iżda l-konklużjoni mill-ispot kick ta’ Stanimir Miloskovic għaddiet barra. Nadur reġgħu daħlu fil-partita b’gowl ta’ Brandon Said skurjat fid-89 minuta. Nadur ukoll spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta lejn l-aħħar tkeċċa Charles Hili għal ritaljazzjoni.
Referee kien Dorian Caruana.

Għajnsielem kisbu rebħa ta’ 3-1 kontra t-tim li jinsab fl-aħħar post tal-klassifika Oratory Youths. Huma skurjaw it-tliet gowls matul l-ewwel taqsima permezz ta’ Luis Andre De Melo Lima fis-16-il minuta, Marco Antonio Morgon Filho fit-33 minuta u Kenneth Mercieca fis-37 minuta. Oratory skurjaw l-uniku gowl tagħhom fis-66 minuta permezz ta’ Aleandro Bezzina.
Referee kien Ray Tabone.

Kerċem Ajax u Għarb Rangers kisbu l-punt li riedu sabiex jitbiegħdu matematikamnet miż-zona tar-relegation u b’hekk żammew posthom fl-għola diviżjoni għal staġun ieħor. Għarb kellhom aktar lill-logħob tul il-partita iżda naqsu milli japrofittaw mill-aħjar okkażjonijiet biex l-iskor baqa’ ma nfetaħx.
Referee kien Joseph Xerri.

Fil-klassifika tal-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni meta kull tim lagħab 19-il partita, Victoria Hotspurs huma champions bi tnejn u ħamsin punt, Nadur Youngsters sebgħa u tletin, Xewkija Tigers tnejn u tletin, Għajnsielem erbgħa u għoxrin, Għarb Rangers u Kerċem Ajax tnejn u għoxrin, SK Victoria Wanderers ħmistax u fl-aħħar post Oratory Youths bi ħdax-il punt.

Klassifika GFA BOV Gozo Football League – L-ewwel Diviżjoni
Lagħbu Punti
Victoria Hotspurs                             19 52
Nadur Youngsters                            19 37
Xewkija Tigers                                  19 32
Għajnsielem FC                                19 24
Għarb Rangers                                  19 22
Kerċem Ajax                                      19 22
SK Victoria Wanderers                    19 15
Oratory Youths                                  19 11

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Football lokali: Il-Club ta’ Valletta FC iffirma l-ftehim mal-investituri mil-Arabja Sawdija li fuqu ż-żewġ naħat kien ilhom jinnegozjaw għal diversi xhur. Il-President ta’ Valletta Football Club Victor Sciriha, kien akkumpanjat…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……0 Birkirkara…2 F’logħba xotta mill-azzjonijiet Birkirkara akkwistaw tliet punti importanti. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara għaxar minuti loghob hekk kif pass fi tul Junior Cabral li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Gżira Utd……..3 Hibernians……2 Gżira jerġgħu jitilgħu jokkupaw l-ewwel post fil-kampjonat premier hekk kif għelbu lil Hibernians 3-2,  bla dubju kienet logħba kumbattuta tul id-90 minuta bi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Tarxien………….2 Hamrun…………1 Fir-4 ġurnata tal-Kampjonat Premier Hamrun Spartans ħadu l-ewwel telfa tal-istaġun u naqsu milli jitilgħu fil-quċċata tal-klassifika hekk kif fil-Victor Tedesco Stadium Tarxien meritatament għelbu…

Aktar