Futbol internazzjonali
FILMAT: Ġlied barra Ibrox Stadium qabel Rangers – Osijek

Il-bieraħ seħħew inċidenti qabel il-logħba bejn it-team Skoċċiż ta’ Rangers u l-Kroati ta’ Osijek logħba mit-2 leg ta’ kwalifikazzjoni tal-UEL. Xeni ta’ vjolenza kkarateriżżaw is-sigħat ta’ qabel il-logħba barra l-Istadium hekk kif diversi filmati amatorjali minn fuq mobile phones bdew jixxandru fuq il-media soċjali b’diversi partitarji Skoċċiżi u Kroati jiġu fl-idejn.

Il-Pulizija Skoċċiża kkonfermat li żewġ irġiel kienu intlaqtu minn strument li jaqta u bil-ponta u ttieħdu l-isptar għal kura. Tlieta oħra sofrew ġrieħi gravi u jinsabu f’qadgħa stabbli.

Il-logħba ntlgħbet regolarment f’Ibrox Stadium u ntemmet fi draw ta’ 1-1 riżultat li bih Rangers avvanzaw għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni bl-aggregate ta’ 2-1.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Paul, partitarju ta’ Liverpool, spjega dan l-inċident stramb u farsesk li għadda minnu lbieraħ fuq stazzjon tat-televiżjoni Ġermaniż, li minħabba fih tilef il-partita f’Anfield kontra Bayern Munich, minħabba li skont…

Futbol internazzjonali

Sami Khedira, il-plejer ta’ Juventus FC u tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja, għamel operazzjoni f’qalbu u se jdum barra mil-logħob għal erba’ jew ħames ġimgħat. L-aħbar ħarġet ilbieraħ u kienet waħda li…

Futbol internazzjonali

Illum jidħlu fl-azzjoni l-aħħar timijiet li jiffurmaw il-grupp tal-aħħar sittax tal-Uefa Champions League. Fil-Wanda Metropolitano Stadium, l-istess post li fih fl-1 t’ Ġunju ser tintlagħab il-finali, illejla Atletico Madrid jospitaw…

Aktar