Futbol internazzjonali
FILMAT: Goal minn nofs ground ta’ Kane jrebbaħ lil Tottenham kontra Juventus fl-International Champions Cup

Mill-International Champions Cup 2019 illum f’Singapore Tottenham Hotspur rebħu kontra Juventus bl-iskor ta’ 3-2 f’logħba li fiha Harry Kane skorja goal minn nofs il-ground.
Kienu t-team ingliż li mar fil-vantaġġ permezz ta’ Erik Lamela li wara save tajjeb ta’ Buffon li beda din il-logħba faċilment b’tap in tefa’ ġewwa għal 1-0.
Reazzjoni mmedjata ta’ Juventus li skorjaw fit-tieni taqsima permez ta’ Gonzalo Higuain wara azzjoni tajba għal 1-1. Segwa l-goal tal-vantaġġ ta’ Juventus skorjat minn Cristiano Ronaldo fuq cross ta’ Mattia de Sciglio. Tottenham baqgħu jattakkaw u meritatament ġabu l-goal tad-draw 2-2 permezz tal-player Lucas Moura fil-65minuta.
Ħames minuti skorruti fuq il-ħin regolamentari Juventus jitilfu l-pussess f’nofs il-ground u Harry Kane b’xutt mill-ewwel jgħeleb lil Scezney li kien daħal fit-tieni taqsima għal skor finali Tottenham 3 Juventus 2.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Grupp A Paris St Germain jegħlbu barra minn darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0. Paris St Germain fil-vantaġġ b’gowl wara 7 minuti ta’ Mauro Icardi. Fit-tieni taqsima, it-tim…

Futbol internazzjonali

Matul il-ġurnata tat-Tnejn ħarġet il-lista ta’ 30 plejer li għamluha mal-lista finali għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb ta’ din is-sena. Fil-kategorija tal-irġiel, l-akbar numru ta’ plejers jilagħbu fil-Kampjonat Premier Ingliż, filwaqt li…

Futbol internazzjonali

Mil-lejla tirritorna l-UEFA Champions League bi tmien logħbiet minn erba’ gruppi differenti. Il-logħob tal-lejla huwa dan: GRUPP A 21:00 Club Brugge – PSG 21:00 Galatasary – Real Madrid GRUPP B…

Futbol internazzjonali

Fis-Serie A, draw bejn Brescia u Fiorentina bl-iskor ta’ 0-0. Brescia fetħu tajjeb ħafna tant li fis-6 minuta ħasbu li marru fil-vantaġġ meta Florian Aye daħal quddiem il-goalkeeper avversarju u…

Aktar