Futbol lokali
FILMAT: Gozo Football League – Victoria Hotspurs isaħħu l-ewwel post

GFA BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni, erba’ partiti li ntlagħbu fi tmiem il-ġimgħa.

Il-favoriti għar-rebħ tal-kampjonat Victoria Hotspurs ikkonfermaw il-mument tajjeb ta’ forma li għaddejjin biha b’rebħa ta’ ħamsa b’xejn kontra Kerċem Ajax. Il-Hotspurs fetħu l-iskor permez ta’ konklużjoni mill-viċin ta’ Elton Da Silva fit-22 minuta u pratikament aċċertaw mit-tlett punti b’żewġ gowls oħra li waslu wabel tmiem l-ewwel tawsima permezz ta’ Ferdinando Apap fil-35 minuta u Chrsitian Mercieca fil-41 minuta. Il-Hotspurs komplew jidominaw matul it-tieni taqsima u skurjaw żewġ gowls permezz ta’ Chris Camilleri fl-74 minuta u Andrea Debrincat fis-77 minuta.
Referee kien Daniel Casha.

Nadur Youngsters baqgħu jittamaw fl-isfida għar-rebħ tal-kampjonat dan l-istaġun b’rebħa meritata ta’ 4-0 kontra Għarb Rangers. Nadur fetħu l-iskor b’gowl skurjat fit-23 minuta minn Dewide Dos Santos u żiedu l-vantaġġ b’żewġ gowls skurjati kmieni fit-tieni taqsima minn Shaun Attard fid-49 minuta u Ronaldo Da Silva fil-55 minuta. Nadur isiġillaw ir-rebħa bir-raba’ gowl li wasal fit-88 minuiuta permezz tas-sostiut Joseph Owen Borg.
Referee kien Kreshnik Barjamaj mill-Albanija.

Xewkija Tigers irnexielhom jwaqqfu serje negativa ta’ tlett telfiet b’rebħa minima ta’ 1-0 kontra Oratory Youths. Xewkija skurjaw il-gowl deċiżiv fis-37 minuta permezz ta’ Rodney Buttigieg wara korner ta’ Shaun Bajada.
Referee kien Darko Stankovic.

Għajnsielem rreġistraw it-tieni rebħa konsekutiva fil-kampjonat meta għelbu lil SK Victoria Wanderers bl-iskor ta’ 2-1. Għajnsielem irnexielhom jiftħu l-iskor fil-41 minuta permezz ta’ Luis Andre De Melo Lima. Fil-85 minuta huma Għajnsielem wetqu żball fid-difiża biex aprofitta Abdullahi Ige li kiseb id-draw għal-Wanderers. Victoria ma damux jgawdu l-gowl ta’ draw għaliex minuta wara Għajnsielem pattew tal-iżball biex skurjaw il-gowl deċiżiv permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Alberto Xuereb.
Referee kien Glen Tonna.

Fil-klassifika tal-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni meta kull tim lagħab tnax-il partita Victoria Hotspurs jinsabu fl-ewwel post 34 punt, Nadur Youngsters 30, Xewkija Tigers 24, Kerċem Ajax 16, Għajnsielem 13, Għarb Rangers 11, Oratory Youths 6 u fl-aħħar post SK Victoria Wanderers b’4 punti.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Football lokali: Fl-Okażjoni tal-128 sena mit-twaqqif tal-Club tal-Football ta’ St Georgess il-Kumitat preżenti ħaseb biex jfakkar din is-sena bil-kxief ta’ plakka kommemorattiva. Fi ħdan il-Club ta’ St Georges għad hemm…

Futbol lokali

GFA BOV GFL l-1 Diviżjoni SK Victoria Wanderers – Gharb Rangers FC 1-0 78’ (1-0) penalty Predrag Dordevic Kercem Ajax FC – Xewkija Tigers FC 1-1 6’ (1-0) Felipe Augusto…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Gżira United…….3 Mosta …………….3 Għall din il-partita Gżira kienu mingħajr 3 players importanti fit–tim, Amadou Samb imweġġa’,  Haruna Garba u Juan Corbolan sospiżi. Wara 10 minuti…

Futbol lokali

IASC  KAMPJONAT 2018/19 L-1 DIVIŻJONI Floriana Ajax  –   Burmarrad AFC   1-4 Zejtun Red Stars  –   Senglea Youngsters  1-1 Marsa Trinity   –  Cospicua Dynamos    2-1  

Aktar