
KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19
Ħamrun ……….. 1
Gżira U. ……….. 1
Gżira żammew l-imbattibilita tagħhom grazzi għal gowl fid-90 minuta f’logħba li Ħamrun setgħu għalqu iktar qabel bit-tieni gowl.
Wara biss 20 Haber kellu joħroġ f’saqajn Domoraud u risposta immedjata ta’ Gżira bix-xutt ta’ Garba mdawwar għal korner minn Bartolo.
Fl-14-il minuta Ħamrun fetħu l-iskor meta Priso ta lil CRIACO li qabeż tajjeb lil Soares u b’xutt angolat fil-baxx għeleb lil Haber. Fil-21 minuta rovexxata sabiħa ta’ Nayar u ballun ftit għoli.
Ħamrun ikkontrollaw tajjeb il-vantaġġ bil-Maroons isibuha ferm diffiċli biex jersqu lejn Bartolo. Kien biss fl-40 minuta li Gżira kienu perikolużi meta minn kross ta’ Cohen id-daqqa ta’ ras ta’ Mengolo għaddiet ftit għoli.
Fl-intervall Gżira tilfu lil Corbolan li kellu jinbidel ma’ Joselin Domoraud u t-taqsima fetħet b’azzjoni tal-Ispartans b’Haber jimblokka fuq Priso. Fil-55 minuta freekick ta’ Andrew Cohen u ballun ftit għoli.
Fid-59 minuta Ħamrun fallew ċans tad-deheb li jirduppjaw fejn mil-lemin Moukanza qassam lejn Priso li wasal ftit tard b’lasta vojta quddiemu. Fit-63 minuta azzjoni oħra ta’ Ħamrun b’Domoraud jkollu ġirja tajba iżda għal darb’oħra Haber salva lil sħabu.
Fl-aħħar minuti Gżira assedjaw lill-Ħamruniżi u fid-90 minuta wasal il-gowl tad-draw tal-Maroons b’rovexxata spettakolari ta’ Giammarco Conti.
Skor finali 1-1. Referee Trustin Farrugia Cann.
Tħabbar li ż-żewġ logħbiet mill-kwartifinali tal-FA Trophy li kellhom jintlagħbu għada fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali kienu mħassra minħabba l-maltemp. Fl-ewwel logħba ta’ għada Balzan kellhom jiltaqgħu kontra Tarxien u fit-tieni…
Pietà H………1 Gżira UTD…..1 Logħba li kellha tiġi abbundanta fid-89 minuta minħabba l-ammont ta’ silġ li niżel fil-grawnd, b’Pietà u Gżira jkunu fi dro ta’ 1-1, bil-logħba trid tkompli…
Birkirkara ppreżentaw l-akkwisti u l-isponsors il-ġodda f’konferenza stampa organizzata llum wara nofsinhar li ġiet indirizzata mill-President Frank Zarb, mid-Drettur Tekniku Michael Valenzia u mid-Direttur Sportiv John Arne Riise. Frank Zarb,…
Bejn għada u l-Ħadd, jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-FA Trophy, fejn minnhom iridu joħorġu s-semifinalisti għal dan l-istaġun. It-tmien kowċis li se jkunu nvoluti f’dawn il-partiti ngħaqdu f’daqqa fil-Millennium Stand…