Futbol lokali
FILMAT: Gżira United jitilfu 4-0 fil-Latvja fil-UEFA Europa League

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20

Ventspils…….4

Gżira Utd……0

Gżira United sofrew telfa mhux mistennija ta’ 4-0 kontra Ventspils tal-Latvja meta fl-Olimpiski Centre huma sfaw mgħeluba bl-iskor kbir ta’ 4-0.

Kienu Ventspils li fetħu l-iskor fil-41min permezz ta’ Kaspars Svarups.

It-tieni taqsima bdiet fuq nota negattiva hekk kif wara biss ħames minuti logħob Helio Monteiro għamilhom 2-0. Meta donnhom Gżira kienu qed iżommu l-avversarji tagħhom ‘il bogħod mid-difiża tal-maroons reġgħu kienu Ventspils li skorjaw it-3-0 permezz ta’ Ingars Stuglis seba’ minuti mit-tmiem.

Qabel it-tisfira finali kien Aiyegun Tosin li għamel l-iskor finali 4-0.

Gżira issa jospitaw lil Ventspils għat-tieni leg nhar il-Ħamis l-1 ta’ Awwissu fit-8pm fis-centenary Stadium.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Futbol lokali

Astana għaddew għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Valletta bl-iskor ta’ 4-0 . B’hekk it-tim mill-Kazakhztan għaddew bi skor aggregate ta’ 9-1. Valletta kellhom…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena sofra telfa kbira fit-tieni partita mill-UEFA Development Tournament li qed isir f’Wales. Illum Malta tilfet bl-iskor ta’ 5-0 kontra Ċipru. It-tim nazzjonali kellu…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Myles Beerman, mil-lum sar plejer ta’ Hibernians FC. Id-difensur iffirma tliet snin kuntratt mal-Pawlisti li se jżommu f’Raħal Ġdid sal-istaġun 2021/22. Beerman kien qed jilgħab fl-Iskozja ma’…

Aktar