Futbol lokali
FILMAT: Il-Goals tal-ewwel ġurnata tal-Convenience Shop Pre Season Tournament, rebħiet għal Żejtun u Żebbuġ

Il-Ġimgħa filgħaxija fiċ-Charles Abela Stadium tal-Mosta ngħata bidu għat-tielet edizzjoni tal-Convenience Shop Pre Season Tournament li din is-sena għandu l-parteċipazzjoni ta’ xejn inqas minn ħames teams kollha mill-ewwel diviżjoni. Fl-ewwel logħba Żebbuġ Rangers rebħu kontra Mqabba bl-iskor ta’ 2-1. Għall-Mqabba l-iskorer tagħhom kien Wayne Borg filwaqt li għaż-Żebbuġin skorjaw Clive Brincat u Kurt Camilleri. Issa Żebbuġ jilagħbu t-tieni logħba tagħhom f’dan it-Tournament nhar it-Tlieta kontra Żejtun filwaqt li Żebbuġ jiltaqgħu ukoll kontra Żejtun is-Sibt.

Fit-tieni logħba l-Ġimgħa filgħaxija Żejtun għelebu lil Lija 3-1. Għal-Żejtun Corinthians żewġ goals għall-attakkant tagħhom Johan Castano u goal ta’ Junki Sato filwaqt li Edson Cardona skorja għal Lija minn freekick dirett.

Lija issa jilagħbu t-tieni logħba tagħhom nhar it-Tlieta fis-6pm kontra San Ġwann l-organizaturi ta’ dan it-Tournament il-logħob kollu jintlgħab fiċ-Charles Abela Stadium tal-Mosta.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Gżira United ikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Europa League meta b’wirja kbira fit-tieni taqsima, anki meta kienu gowl minn taħt, irnexxielhom jiskurjaw tliet darbiet għal skor finali ta’ 3-1. Dan ir-riżultat…

Futbol lokali

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20 HIBERNIANS….0 SHAKHTYOR…..1 (Aggregate 0-2) Hibernians ma rnexielhomx jikkanċellaw l-iżvantaġġ tal-ewwel leg ilbieraħ kontra Shakhtyor Soligorsk, u dan minkejja li lagħbu għal ħinijiet twal bi plejer iktar….

Futbol lokali

Il-Complaints Board tal-Malta Football Association ta raġun lil Giovanni Tedesco, dwar iċ-ċifra li d-diriġenti tal-ex klabb tiegħu Hamrun Spartans kienu qed jitolbuh iħallas talli ngħaqad ma’ Gżira United FC qabel…

Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Aktar