Futbol internazzjonali
FILMAT: Il-Goals tar-rebħa ta’ Atletico fuq Juventus

F’logħba mit-turnament International Champions Cup li ntlagħbet fil-Friends Arena ta’ Stokkolma, Atletico Madrid għelbu lil Juventus 2-1, bil-gowls kollha jaslu fl-ewwel taqsima.
Fl-ewwel taqsima xutt mill-viċin ta’ Chiellini kien salvat bi bravura mill-goalkeeper Oblak u f’risposta Atletico resqu qrib iżda l-ballun kien maqlugħ minn fuq il-linja.
Atletico fetħu l-iskor permezz taż-żagħżugħ Portugiż ta’ 19-il sena Joao Felix fl-24 minuta u Juventus kisbu l-gowl tad-draw ħames minuti wara permezz ta’ Khedira.
Fit-33 minuta Lemar reġa’ poġġa lil atletico fil-vantaġġ. Fit-tieni taqsima diversi tentattivi l-iktar minn naħa ta’ Juventus li kienu sfortunati meta xutt ta’ Rabio ħabat mal-lasta.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Polonja u r-Russja ngħaqdu mal-Belġju u l-Italja għall-edizzjoni tal-UEFA Euro 2020. Dan wara li fil-logħbiet tal-Ħadd filgħaxija huma ħarġu rebbieħa u qatgħu passaġġ għall-Kampjonati Ewropej 2020. Ir-riżultati kollha tal-Ħadd filgħaxija…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ intlagħbu diversi partiti minn madwar l-Ewropa mill-gruppi rispettivi tal-UEFA. Minn Grupp J, rebħa oħra konvinċenti għall-Italja kontra l-Greċja bi skor ta’ 2-0, li issa għaluhom seba’ rebħiet minn seba’…

Futbol internazzjonali

Malta….0 Żvezja…4   Tlettax minn tlettax għall-Iżvediżi kontra l-Maltin, wara li fl-Istadium Nazzjonali s-Sibt filgħaxija, Malta tilfet bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-Iżvezja. Tlettax-il konfront li fihom l-Iżvediżi dejjem ħarġu rebbieħa…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona u tal-Arġentina Lionel Messi attenda fiċ-Cirque du Soleil għal spettaklu dwar ħajtu bl-isem ta’ “Messi 10”. Dan l-ispettaklu kien dwar l-istorja ta’ ħajjet l-istilla Arġentina, minn meta…

Aktar