Waterpolo
FILMAT: Il-Pitch tal-Waterpolo tal-Valletta Utd għadu fi stat diżastruż

Il-Pitch tal-Waterpolo tal-Valletta Utd għadu jinsab fi stat diżastruż, pitch li fil-passat kien il-mekka tal-waterpolo lokali fejn anke kien jospita mhux biss logħbiet tal-kampjonat lokali iżda wkoll Tournaments Internazzjonali li iżda bħalissa jinsab fi stat ta’ abbandun totali.

Dawn il-filmati li waslu għand TVM Sports juru kif il-post fiż-żona ta’ Marsamxett fil-Belt huwa totalment mitluq u abbandunat b’diversi kmamar li fil-passat kienu jintużaw jew bħala dressing rooms, kmamar tal-kumitat u stores illum huma moħba ċara għall-abbużi.

Dawn il-filmati huma uġieħ ta’ qalb għall-Beltin li fis-snin 70 u 80 kienu dejjem fost l-aqwa teams tal-waterpolo f’Malta.

Ikkuntatjat minn TVM Sport il-President ta’ Valletta Utd Victor Spiteri qal li dawn il-filmati miġbuda ftit tal-jiem ilu se jkunu biss parti mill-istorja tal-Valletta Utd hekk kif il-Club jinsab ħerqan jistenna l-aħħar minn sensiela ta’ approvazzjonijiet biex jibda proġett ambizzjuż. Filfatt Spiteri spjega ma’ TVM Sport li Valletta Utd akkwistaw fil-passat it-titolu tal-Art mingħand SportMalta, u sena u nofs ilu saret l-applikazzjoni lill-Awtorita’ tal-Ippjanar għal żvilupp ta’ Pixxina tal-ilma ħelu bil-faċilitajiet anċillari kollha. Sussegwentament saret ukoll l-applikazzjoni għall-kummerċjaliżazzjoni ma’ SportMalta sabiex il-Club ikun jista’ jopera legalment fuq bażi kummerċjali.

L-aħħar darba li Valletta Utd rebħu l-kampjonat kienu eżattatament 30 sena ilu fl-1990.

Il-Club tal-Waterpolo ta’ Valletta Utd għadu qed jistenna l-approvazzjoni tal-aħħar permess mill-Awtorita’ tal-Ipjannar sabiex jibda dan il-proġett. TVM Sport jinsab infurmat li l-pjanti u disinn fl-applikazzjoni oriġinali kellhom ikunu mibdula diġa’ datbtejn fuq talba tal-awtoritajiet tal-aippjanar u jidher li l-permess jista’ tkun imressqa u diskuss fil-ġimgħat li ġejjien.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Cachia eks referee internazzjonali Malti tal-waterpolo. Cachia beda jikkontrolla logħbiet tal-ogħla diviżjoni fil-kampjonat Malti fl-1970 fejn kien kunsidrat l-aqwa referee ta’ dak iż-żmien bil-maġġoranza tal-logħbiet li…

Għawm

Hekk kif mil-lum uffiċjalment ġew illaxkati xi miżuri għat-taħriġ ta’ Sport outdoor, TVM Sport jista’ jikkonferma li l-għawwiema u l-players tal-waterpolo jistgħu jibdew jitħarrġu fil-Pixxina tal-Qroqq minn nhar it-Tnejn hekk…

Għawm

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku l-ASA fi stqarrija qed tagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex hekk kif se jiġu rilaxxati aktar miżuri fosthom bil-ftuħ ta’ aktar attivita’ kummerċjali bħal restaurants, nail technicians u…

Aktar