Futbol lokali
FILMAT: Il-plejer ta’ Hamrun Spartans, Marcelo Barbosa lura f’Għawdex ma’ Nadur Youngsters

Il-plejer ta’ Hamrun Spartans, Marcelo Barbosa reġa’ lura ma’ Nadur Youngsters f’Għawdex.

L-aħbar saret uffiċjali llum, proprju f’Jum il-Milied fi stiel oriġinali u ġdid ta’ kif klabb qatt ippreżenta plejer ġdid f’Jum il-Milied, fl-uniku transfer li kellna fil-ġurnata.

Fuq il-media soċjali, dalgħodu nħareġ filmat ta’ Joseph Portelli, li jiġi missier il-President ta’ Nadur Tristen Portelli, iġorr kaxxa kbira fid-dressing rooms ta’ Nadur Youngsters, li minnha ħareġ proprju Marcelo Barbosa.

Barbosa hu plejer Brażiljan li diġà kien jilgħab ma’ Nadur Youngsters qabel ma ngħaqad ma’ Hamrun Spartans.

Marcelo Barbosa skurja żewġ gowls fl-aħħar partita tal-Erbgħa li għadda li fiha Hamrun Spartans għelbu lil Tarxien Rainbows bi skor ta’ 5-0.

Miktub minn...
TVM Sport