Futbol internazzjonali
FILMAT: Il-Portugal jirbħu l-Kampjonat Ewropew UEFA U19 bi tmiem drammatiku fil-ħin barrani

Football Internazzjonali: Il-Portugal huma ċ-Champions Ewropej ta’ taħt id-19 -il sena dan wara li fil-finali tal-bieraħ huma rebħu 4-3 kontra l-Italja wara l-ħin barrani.

Kienu l-Portugal f’din il-finali li saret fil-Finlandja li marru żewġ goals minn fuq f’din il-logħba b’goals ta’ Jota fil-45minuta u Trancao fit-72minuta.

Iż-Żgħażagħ Azzurri ġabu draw b’dopjetta f’temp ta’ minuta ta’ Moise Kean fil-75 u fis-76 minuta għal skor ta’ 2-2 u hekk intemmet il-logħba sad-90 minuta.

Fil-ħin barrani Jota fil-104 minuta poġġa lill-Portugiżi 3-2 minn fuq. L-Italja reġgħu ġabu d-draw b’goal ta’ Gianluca Scamacca għal 3-3 fil-107minuta. Finalment f’din il-finali mill-isbaħ kien Pedro Correia fil-109minuta li għamel l-iskor ta’ 4-3 goal li biħ il-Portugiżi kienu dikjarati Champions tal-Kampjoant tal-UEFA taħt 1d-19 -il sena 2018.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2018/19 Riżultat mit-tieni ġurnata Cardiff City 0 – 0 Newcastle United Everton 2 – 1 Southampton Leicester City 2 – 0 Wolverhampton Wanderers Tottenham Hotspur 3 –…

Futbol internazzjonali

L-Eks kowċ Nazzjonali tal-Portugal Paulo Bento inħatar bħala l-kowċ Nazzjonali l-ġdid tal-Korea ta’ Isfel. Il-Federazzjoni tal-Football tal-pajjiż qalet fi stqarrija li huma taw kuntratt ta’ erba’ snin lil Bento li…

Futbol internazzjonali

Il-Player ta’ Juventus Claudio Marchisio se jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Juventus wara karriera ta’ 25 sena ma’ dan il-Club. Marchisio lagħab dejjem mal-Club minn Turin għal 25 sena konsekuttivi bil-flok…

Aktar