Futbol internazzjonali
FILMAT: Il-Sitt goal ta’ Haley Bugeja fis-Serie A Femminile

Il-Plejer internazzjonali Maltija Haley Bugeja reġgħet skorjat fil-kampjonat tas-Serie A femminile fl-Italja. Bugeja skorjat fir-rebħa ta’ Sassuolo bl-iskor ta’ 4-2 kontra Pink Bari. Bugeja skorjat fis-16 -il minuta tat-tieni taqsima fejn daħlet bħala sostitut meta r-riżultat kien dak ta’ draw u hi poġġiet lil Sassuolo 3-2 minn fuq dak il-ħin. Dan kien is-sitt goal ta’ Bugeja fil-kampjonat.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.