Local Sports
FILMAT: Intervista ma’ Joe Cassar Segretarju Ġenerali tal-KOM dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-Isport f’pajjiżna

Il-Kumitat Olimpiku Malti baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu minkejja s-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19 anke f’pajjiżna. Dan ikkonfermah Joe Cassar Segretarju ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti f’intervista ma’ TVM Sport. Is-Sur Cassar kien mistoqsi fost oħrajn dwar is-sitwazzjoni preżenti fejn ġew posposti anke l-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020 u kif dan il-posponiment se jaffettwa l-preparazzjoni tal-atleti Maltin li kienu se jieħdu sehem u dawk l-atleti prospettivi.

Fl-Isfond tat-talba ta’ diversi atleti u ġenituri ta’ atleti li jixtiequ li tinħareġ dispensa għat-taħriġ regolari għall-inqas għal dawk l-atleti hekk imsejħa ‘elite’ is-Sur Cassar ikkonferma li jekk is-sitwazzjoni preżenti se tieħu fit-tul ma’ jeskludiex il-possibilita’ li l-KOM jitlob permess speċjali lill-awtoritajiet sabiex isir it-taħriġ kif mitlub.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Il-Federazzjoni Maltija tal-Eight Ball ħarġet stqarrija dwar is-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna, u kif intalbet gwida minn SportMalta dwar data possibbli ta’ meta jista’ jitkompla l-istaġun. Skont l-istqarrija tal-Federazzjoni, SportMalta fil-mument ma…

Sport Lokali

Ikkonfermat li għalissa se jibqa’ ma jsir l-ebda contact sport. Fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lejla fejn tħabbar li qed jiġu rilassati diversi miżuri mposti minħabba s-sitwazzjoni bil-coronavirus, il-prim ministru Robert Abela qal…

Local Sports

Minn għada jibda programm ġdid fuq Radju Malta 93.7FM bl-isem ta’ Mumenti Sportivi. Il-kontenut ta’ dan il-programm ippreżentat minn Robert Busuttil jinkludi intervista ma’ xi plejer jew atleta leġġendarju, profili…

Bocci

Il-Federazzjoni Klabbs Boċċi kellha tasal għad-deċiżjoni iebsa li tinforma lill-players u lill-Clubs li l-kampjonati tagħha din is-sena mhux se jsiru minħabba ssitwazzjoni u restrizzjonijiet fil-pajjiż. Għalkemm fi tmiem il-ġimgħa ġew…

Aktar