Sport Lokali
FILMAT: Ir-Rebbieħa tal-iSportivi Nazzjonali f’laqgħa ta’ kortesija mal-President ta’ Malta

Żjara ta’ kortesija lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca mir-rebbieħa tad-59 edizzjoni tal-iSport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Fil-presenza ta’ uffiċjali mill-Kumitat Organizattiv l-istess rebbieħa kellhom l-okkazjoni fejn għal ftit mumenti jaqsmu mal-President Coleiro Preca is-suċċessi miksuba matul l-2018 li wassluhom biex rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isportivi Nazzjonali liema serata saret fit-23 ta’ Frar li għadda. Mark Cutajar bħala Chairman tal-Kumitat Organizattiv kif wkoll Sandro Micallef President tal-Għaqda Gurnalisti Sport u s-Segretarju Generali tal-GħGS Lorraine Cunningham irringrazzjaw lill-President Coleiro Preca li laqgħet lir-rebbieħa f’okkazjoni li kompliet tgħolli l-prestiġju ta’ dawn l-Għażliet. Preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport Clifton Grima kif wkoll Ryan Callus kelliem ghall-iSport ghal Partit Nazzjonalista.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: Paul Formosa rebaħ il-kompetizzjoni Ben Estates Mini Trap Grand Prix organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-iSport tal-iSparar. Fit-tieni post spiċċa Nicky Carabott u fit-tielet post spiċċa Nico Sciberras. Il-kompetizzjoni kienet fuq…

Waterpolo

ENEMED CUP 2019 FINALI Sirens Greentube…………..5 San Ġiljan TUM Invest……8 (1-1), (2-2), (1-2), (1-3) San Ġiljan rebħu t-Tazza Enemed għat-tieni sena konsekuttiva hekk kif fil-finali tat-Tlieta filgħodu huma rebħu kontra…

Ibburdjar

L-edizzjoni inawgurali tal-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing se ssir f’Ottubru 2020 fil-Belt Valletta, Malta flimkien mar-Rolex Middle Sea Race. Imħabbra fl-2017, il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing ser jkunu pjattaforma b’saħħitha biex tkompli…

Aktar