Sports Internazzjonali
FILMAT: Is-sewwieq Jason Dupasquier imut wara inċident fil-kwalifikazzjoni tal-Moto3 f’Mugello

Ġiet konfermata l-aħbar tal-mewt tas-sewwieq żagħżugħ Jason Dupasquier ta’ 19 -il sena li tilef ħajtu traġikament matul il-lejl li għadda wara li kien rikoverat wara li l-bieraħ kien involut f’inċident waqt il-kwalifikazzjoni għall-Grand Prix tal-Moto 3 fiċ-ċirkwit ta’ Mugello l-Italja..

L-Inċident seħħ waqt li fit-tmiem tal-kwalifikazzjoni fejn is-sewwieq Dupasquier tilef il-kontroll bil-konsegwenza li l-ewwel intlaqat mill-mutur tiegħu stess u wara minn dak tas-sewwieq Ayumu Sasaki li baqa’ għaddej minn fuq Dupasquier bil-konsegwenza li ħalla feriti gravi ħafna fuqu. Hu ngħata l-għajnuna medika mill-ewwel u ttiehed l-isptar fejn miet mal-lejl.

Bosta kienu dawk is-sewwieqa fil-Moto GP u anke dawk tal-Formula 1 li dalgħodu qamu maħsuda bil-mewt traġika ta’ Jason Dupasquier u sellmu l-memorja tiegħu b’messaġġi fuq diversi mezzi tal-midja soċjali.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.