Regatta
FILMAT: Jitilgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2020

Regatta: Wara nofsinhar ittelgħu l-poloz tal-11 -il tiġrija li hemm skedati għar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja ta’ nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru Jum Il-Vitorja.

Il-Poloz ittelgħu fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima u Mark Cutajar Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta li għal sena oħra se tkun qed tiffinanzja l-ispiża tal-organizazzjoni.

Preżenti wkoll il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor Stephen Paris li reġa’ kkonferma li din se tkun l-aħħar Regatta tiegħu fil-kariga.

Qabel il-poloz Joseph Serracino storiku u awtur ta’ diversi kotba u artikli fuq ir-Regatta ġie ppreżentat b’rikkonoxximemnt mill-Għaqda Regatta tax-xogħol li jagħmel kontinwament sabiex l-istorja tar-Regatta tibqa’ ħajja fost il-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-poloz f’dawn l-aħħar snin qed jitellgħu qabel it-tiġrijiet infushom speċifikament sabiex ma jkunx hemm dewmien bejn tiġrija u oħra.

Ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja bl-ewwel tiġrija dik tal-Frejgatini Nisa hi skedata li tibda fin-12:30hrs bl-edizzjoni ta’ din is-sena se terġa’ tixxandar diretta fuq TVM2.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali, is-Siġġiewi Rowing Club, klabb affiljat mal-Għaqda Regatta Nazzjononli u Qdif Ieħor minn Awwissu 2016, apparti milli rrapporta dwar l-attivitajiet imwettqa fis-sena li għaddiet,  ġie maħtur il-kumitat il-ġdid…

Regatta: Illum fil-Birgu saret attivita’ mhux tas-soltu hekk kif il-kumitat tal-Club mill-Kottonera tella’ fil-pjazza prinċipali l-frejgatina li ħadet il-palju tal-ewwel fit-tiġrija tan-nisa u d-dgħajjes l-oħra li ħadu palju fl-aħħar Regatta…

It-8 ta’ Settembru. Jum il-Vitorja imma mhux biss. It-8 ta’ Settembru huwa sinonimu mar-Regatta li ssir fil-Port il-Kbir, biss din is-sena b’differenza mis-soltu minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Illum ma jistax ikun…

Aktar