Futbol internazzjonali
FILMAT: Juventus jirbħu 4-3 b’auto goal ta’ Koulibaly wara li kienu 3-0 minn fuq

Serie A 2019/20: Fil-bidu tat-tieni ġurnata Juventus rebħu b’daqxejn fortuna kontra Napoli bl-iskor ta’ 4-3 wara li saħansitra kienu 3-0 minn fuq f’ħin minnhom fil-logħba, iżda rimonta kbira ta’ Napoli li ġabu d-draw kienet se tirriżulta f’disfatta għaċ-Champions taljani li kieku ma kienx għal auto goal ta’ Kalidou Koulibaly fil-ħin addizzjonali.

Wara 18 -il minuta Danilo poġġa lil Juventus 1-0 minn fuq wara 30 sekonda li kien għadu kif daħal bħala sostitut flok Mattia De Sciglio. Minuta wara Gonzalo Higuain dar tajjeb fil-kaxxa u għamilhom 2-0.

Fit-tieni taqsima fit-62minuta Cristiano Ronaldo skorja t-3-0 u kważi game over, iżda ma kienx il-każ għaliex Napoli skorjaw tliet darbiet u ġabu d-draw b’goals ta’ Kostas Manolas fis-66minuta, Hirving Lozano żewġ minuti wara u t-3-3 permezz ta’ Giovanni Di Lorenzo b’żewġ goals minn dawn it-tlieta jistgħu jintefgħu fuq ir-responsabilita` tad-difiża mmexxija minn Bonucci u de Ligt li jidher għadhom ma drawx lil xulxin sew. Il-Patatrakk finali seħħ meta kollox kien qed jindika li l-logħba se tintemm fi draw meta Kalidou Koulibaly mar jikklerja l-ballun bix-xellug laqtu ħażin u għeleb lil sieħbu l-goalkeeper Alex Meret għal skor finali 4-2 favur Juventus.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Programm sħiħ ta’ partiti llum wara nofsinhar. Draw ta’ 1-1 bejn Arsenal u Sheffield United. Martinelli fetaħ l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ u John Fleck ġab il-gowl tad-draw fit-83 minuta. Bl-istess…

Inter iffirmaw lill-plejer Ingliż u captain ta’ Manchester United Ashley Young. Id-difensur ingħata sitt xhur kuntratt b’opzjoni li jiġġedded għal staġun ieħor. Young se jkun qed jingħaqad ma’ Romelu Lukaku…

Futbol internazzjonali

Coppa Italia – Round tas-16 Parma 0   Roma 2 Doppjetta ta’ Pellegrini fit-tieni taqsima għenet lil Roma sabiex jgħaddu għall-kwartifinali tal-Coppa Italia meta għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 2-0. Pellegrini…

Futbol internazzjonali

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser terġa’ ssir f’Jannar u Frar fl-edizzjoni li jmiss tal-2021. Dan tħabbar mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun li permezz ta’ Twitter ħabbru li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser issir bejn…

Aktar