Futbol internazzjonali
FILMAT: Juventus u Napoli jirbħu fid-debutt tas-Serie A staġun 2018/19

Serie A 2018/19

Chievo Verona 2 – 3 Juventus
Il-Kampjonat tas-Serie A fl-Italja beda bil-logħba inawgurali tintlgħab fi Stadio Bentegodi bejn Chievo Verona u ċ-Champions renjanti Juventus.

Wara 3 minuti kien Sami Khedira li poġġa lil Juventus fil-vantaġġ. Qabel il-mistrieħ kien Mariusz Stepinski li ġab id-draw għal Chievo 1 – 1. Chievo Verona rnexxielhom imorru minn fuq b’goal tal-eks player Juventin Emanuele Giaccherini għal 2-1.

Fil-75minuta Juventus ġabu d-draw mill-player li kien qed jagħmel ir-ritorn mal-Club Leonardo Bonucci għal 2-2. Wara Juventus kellhom goal imħassar wara li r-referee kkonsiulta mal-VAR. Iżda Juventus li għalihom idebutta wkoll fis-Serie A skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ Bernardeschi għal skor finali 3-2.

Lazio 1 – 2 Napoli
Fl-Olimpico ta’ Ruma fil-25min Ciro Immobile poġġa lil Lazio 1-0 minn fuq, eżatt qabel il-mistrieħ Arkadiusz Milik ġab id-draw 1-1 għal Napoli u fit-tieni taqsima eżatta fid-59minuta Lorenzo Insigne għamilhom 2-1 sabiex ta’ l-ewwel rebħa dan l-istaġun għat-team tiegħu u l-kowċ il-ġdid tal-Partenopei Carlo Ancelotti.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-posticipo li ntlagħab ilbieraħ filgħaxija, Inter u Roma temmew il-logħba fid-dro ta’ 1-1, biex b’hekk Inter żiedu punt fit-tellieqa għat-tielet post, filwaqt li Roma għadhom jittamaw li b’xi mod jaqbżu…

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A: Juventus ġew matematikament dikjarati Champions tas-Serie A wara li llum riedu minn tal-inqas punt f’darhom fl-Allianz Stadium kontra Fiorentina. Juventus rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Skorers f’dan il-konfront wara sitt…

Futbol internazzjonali

Riżultati Serie A it-33 ġurnata: Parma 1 – 1 Milan Bologna 3 – 0 Sampdoria Cagliari 1 – 0 Frosinone Empoli 2 – 4 SPAL Genoa 0 – 1 Torino…

Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Mill-Premier League Ingliż Manchester City jirbħu 1-0 kontra t-team li eliminhom mill-UEFA Champions League: Tottenham Hotspur. Fl-Etihad Stadium kien Philip Foden li beda l-logħba mal-ewwel ħdax li skorja…

Aktar