Tazza tad-Dinja 2018
FILMAT: Kif qed iħejju ruħhom ir-referees għat-Tazza tad-Dinja Russja 2018

Fi ħdan iċ-Centro Tecnico Federale ta’ Coverciano f’Firenze l-Italja kien organiżżat seminar lir-referees li huma fix-short list sabiex jikkontrollaw l-64 logħba ta’ din il-kompetizzjoni Tazza tad-Dinja Russja 2018.

F’dan is-seminar ir-Referees ingħataw struzzjonijiet iktar speċifiċi ta’ kif jistgħu jipproteġu l-players, jipproteġu l-immaġini tal-logħba, konsistenza, uniformita’ u kif jistgħu jaqraw aħjar il-logħba mil-lat tekniku u kif jifhmu l-esiġenzi tal-players u l-mentalita’ tal-pajjiżi parteċipanti.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar