Futbol internazzjonali
FILMAT: Kif tista’ ma tiskurjax? Plejer u partita fl-Olanda jispiċċaw l-aktar popolari fid-dinja

Tara l-filmat u tibqa’ ma temminx!

Tibqa’ tarah biex forsi tinduna x’seta’ għadda minn ras Dennis van Duinen, plejer fir-Raba’ Diviżjoni, fl-Olanda, hekk kif sab ruħu b’lasti vojta, bil-kumdità kollha tad-dinja, u b’kalma Olimpika liema bħalha, irnexxielu jitfa’ l-ballun għoli, flok fix-xibka.

Il-filmat tant kemm sar popolari li ġibed l-interess anki ta’ siti sportivi kbar fl-Ewropa li taw prominenza lil dan l-episodju.

Jekk qed taħsbu li kien hemm xi tumbata fin-nofs li għollietlu l-ballun, erġa’ ara l-filmat sew, għax żgur li mhux il-każ.

Il-partita li ntlagħbet ilbieraħ bejn Harkemase Boys u VW Capelle intemmet bi skor ta’ 3-2. U kif?

Harkemase kienu saħansitra 2-0 meta van Duinen tilef dan iċ-ċans ta’ skor li wisq probabbli se jibqa’ mniżżel fl-Istorja tal-futbol. Huma spiċċaw tilfu l-partita 3-2.

Wara l-partita, it-tgħajjir u l-insulti lejn il-plejer ma naqsux. Mhux se niġġudikaw kienux ġustifikati jew le.

Biss ħaġa waħda hi żgur, kien aktar faċli tiskurja ballun hekk, milli titfgħu barra!

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League – Illum telgħu l-poloz tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni, fejn it-tim ta’ Balzan tela’ biex jilgħab kontra t-tim ta’ Kesla tal-Ażerbajġan. Fl-istaġun li għadda dan it-tim spiċċa fis-6…

Aktar