Futbol internazzjonali
FILMAT: L-Ewwel goal ta’ CR7 ma’ Juventus fil-logħba ta’ ħbiberija f’Villar Perosa

Sa fl-aħħar waslet il-ġurnata li ħafna Juventini kien ilhom jistennew il-ġurnata li jaraw lil Cristiano Ronaldo jilgħab bil-flokk Juventin. Filfatt illum Juventus organizzaw il-logħba tradizzjonali li ilha ssir għal snin twal f’Villar Perosa propjeta’ tal-familja Agnelli. Filfatt din il-logħba hi magħrufa bħala test fil-familja hekk kif it-team ta’ Juventus jilgħab din il-friendly kontra t-team tal-Primavera tiegħu stess. Rebħa ta’ 5-0 għal Juventus ta’ Allegri bi Cristiano Ronaldo jiskorja wkoll fid-debutt tiegħu il- 1-0 kmieni fil-partita wara tmien minuti logħob. Segwa auto goal u dopjetta ta’ Paolo Dybala u l-aħħar goal wasal minn Marchisio. Juventus jilagħbu l-ewwel logħba tal-kampjonat Serie A nhar il-Ġimgħa kontra Chievo.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Skont il-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin, jista’ jkun li l-VAR tiddaħħal fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League minn dan l-istaġun stess. Għalkemm il-UEFA kienet iddeċidiet li għal dan l-istaġun ma tużax il-VAR, skont…

Futbol internazzjonali

Bħal-lum erba’ snin oħra jingħata bidu għall-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, Qatar 2022. Dan mhuwiex żball, għaliex wara l-kontroversja kollha li nqalgħet minħabba s-sħana qawwija li tagħmel fil-Qatar fis-sajf, il-FIFA ddeċidiet li…

Futbol internazzjonali

Il-plejers ta’ Boca Juniors, l-Urugwajan Nahitan Nandez u l-Kolombjan Wilmar Barrios qalu li ser jipprova jiktbu l-istorja meta s-Sibt li ġej jiltaqgħu kontra River Plate fit-tieni leg tal-finali tal-Copa Libertadores….

Aktar