X

FILMAT: L-Ewwel sessjoni ta’ taħriġ fl-Argir Stadium fil-Gżejjer Faroe

Wara l-intopp tal-bieraħ meta t-titjira lejn il-Gżejjer Faroe ġiet ikkanċelata sa fl-aħħar il-kontinġent wasal fid-destinazzjoni tiegħu wara titjira oħra dalgħodu. Il-kowċ tat-team Nazzjonali Ray Farrugia illejla mexxa l-iskwadra fl-ewwel sessjoni ta’ taħriġ fl-Argir Stadium bi preparazzjoni għall-partita ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel logħba ta’ Malta fil-UEFA Nations League Grupp D3. Malta kontra l-Gżejjer Faroe tintlgħab il-Ġimgħa fid-.8.45pm b’xandira diretta fuq TVM2.